Religion grade 6

Għeżież tfal

Din hija l-Bibbja li naqralkom minn fuqha waqt il-lezzjonijiet tar-Reliġjon.


--------------------------------------------------------------------------------------------------------------

Lezzjoni 1.1 - In-nies tal-qedem u l-allat tagħhom

1.  Sa mill-antik il-bniedem dejjem fittex li jadura lil xi Ħadd li hu akbar minnu u li tah il-ħajja u l-ħolqien.
2.  Fil-bniedem hemm ċertu bżonn li jqim lid-Divin taħt xi forma jew oħra. Dan hu twemmin differenti u mod ta' qima differenti.
3.  Aħna nitgħallmu biex inkunu nistgħu nagħrfu sewwa kemm fil-verita' jħobbna Alla.

------------------------------------------------------------ 

Lezzjoni 1.2 - Il-proċess fil-ħajja tal-bniedem

1.  Xi elfejn sena qabel Kristu, Alla beda poplu permezz ta' Abraham u martu. Il-poplu Lhudi kiber f'Iżrael, spiċċa skjav fl-Eġittu, inħeles permezz ta' Mose', kellu s-slaten, u xi 500 sena QK spiċċa eżiljat u meħlus.
2.  Kristu twieled elfejn sena ilu u waqqaf il-Knisja. Din tatna qaddisin tul dawn l-elfejn sena. Xi wħud poplari bħal San Pawl u San Franġisk (li miet fl-1220) u oħrajn li huma ta' żmienna, inkluż il-Papa Ġwanni Pawlu II.
3.  L-istorja ta' San Pawl fil-qosor:
Twieled madwar is-sena 5 WK f'Tarsus fiċ-Ċiliċja. Ismu kien Sawl. Meta kien żgħir tgħallem jagħmel it-tined u meta kien żagħżugħ ħa l-edukazzjoni fl-iskola ta' għalliem famuż u bravu li kien jismu Gamaliel. Sar bravu fil-Liġi Lhudija u kien konvint li l-Insara kienu għedewwa ta' Alla u beda jippersegwitahom u jiġri 'l hawn u 'l hinn biex joqtolhom. L-Insara kienu jibżgħu minnu bil-kbir. Fi triqtu lejn Damasku biex jaqbad lill-Insara, iltaqa' ma' Ġesu' meta ra dawl kbir li minħabba fih waqa' minn fuq iż-żiemel. 'Min int?' qallu. 'Jien Ġesu', dak li inti qiegħed tippersegwita.' 'Xi tridni nagħmel, Mulej?' Il-Mulej qallu x'għandu jagħmel u minn persuna tfittex biex toqtol lill-Insara, sar għalliem u Appostlu kbir ta' Ġesu'. Miet f'Ruma madwar is-sena 67 WK meta qatgħulu rasu. Infakkru l-Knoverżjoni tiegħu fil-25 ta' Jannar u n-Nawgraġju tiegħu fl-10 ta' Frar.
4.  Biex nagħmlu li hemm bżonn u nirnexxu, kemm hu sew li jkollna attitudni ta' ħeġġa.

------------------------------------------------------------ 

Lezzjoni 1.3 - Il-ġrajjiet li jdawru ħajjitna

1. Il-ħajja tagħna għandha passat li jorbotna ma' li qed jiġri llum u wara dan kollu hemm Alla li minkejja li hu moħbi qed imexxi l-ġrajjiet tagħna.
2. Alla qiegħed magħna l-ħin kollu u allura meta nafu li jħobbna, hu mhux ser jitlaqna meta fil-ħajja jinqalgħu xi diffikultajiet jew problemi. 

------------------------------------------------------------ 

Lezzjoni 1.4 - It-Testment il-Qadim

1. Fil-Bibbja għandna l-mixja tal-bniedem sa ma seħħ dak li ried Alla. Xi kultant f'din il-mixja, ġraw affarijiet u nsibu ċirkostanzi mhux daqshekk sbieħ. Imma dan kollu ġara minħabba l-egoiżmu tal-bniedem. Imma fl-aħħar mill-aħħar il-pjan t'Alla seħħ.
2. Meta persuna tonqos lil persuna oħra għandha turi d-dispjaċir tagħha billi titlob skuża.

------------------------------------------------------------ 

Lezzjoni 1.5 - Ġrajjiet importanti fit-Testment il-Ġdid

1. Wara t-tlugħ ta' Ġesu' fis-sema, l-Appostli xterdu.
2. San Pawl ikkonverta
    Il-Martri mietu għal Kristu
    San Martin hu eżempju ta' mħabba lejn il-fqir
3. Il-qaddisin matul is-sekli:
    Seklu 1 --> San Stiefnu
                      San Pietru
    Seklu 4 --> San Martin
                      Sant'Elena
  Seklu 12 --> San Franġisk ta' Assisi 
  Seklu 13 --> San Tumas ta' Akwinu
  Seklu 16 --> Papa San Piju V
                      Santa Tereża ta' Avila
                      San Tumas More
  Seklu 20 --> Santa Marija Goretti
                      San Ġorġ Preca
4. Il-qaddisin kollha kienu xhieda ta' Ġesu' billi qdew u ħadmu ħafna biex lil dan Ġesu' jgħadduh lill-oħrajn. U aħna rridu wkoll inkunu fost dawk li naqdu u nkunu xhieda ta' Ġesu'.

------------------------------------------------------------ 

Lezzjoni 1.6 - Il-Komunikazzjoni bejn Alla u l-bniedem

1. Matul is-snin Alla kkominika mal-bniedem permezz ta' Abraham, Samwel, David eċċ. L-akbar u l-isbaħ aħbar, Alla tahielna permezz ta' Ġesu' li ġab għall-perfezzjoni l-liġi ta' Alla għax ġabarha fil-liġi tal-imħabba ta' Alla u l-proxxmu - Ħobb lil Alla b'qalbek kollha u lill-proxxmu tiegħek bħalek innifsek.
2. Alla wkoll ikellimna llum permezz ta' ħafna modi inkluż il-kelma tiegħu permezz tal-qari tal-Bibbja, permezz ta' dawk li jispjegawlna din il-Bibbja - il-Papa, l-isqfijiet, is-saċerdoti u oħrajn u billi nisimgħu fina...proċess li jissejjaħ il-kuxjenza!
 
Jekk tixtieq terġa taqra l-istorja ta' Sansun, din tinsab fuq din il-Bibbja paġni 114 sa 120.




------------------------------------------------------------   
Lezzjoni 1.7 - Il-Vuċi ta' Alla fil-bniedem

1. Alla poġġa fina l-vuċi tiegħu li tissejjaħ kuxjenza. Dan iġegħlna nħossuna tajjeb meta nagħmlu t-tajjeb u nobduh iżda meta nagħmlu l-ħażin u niksru l-liġi tiegħu ikollna r-rimors. B'dal mod Alla jurina jekk hux kuntent bina jew le. Huwa importanti li nitgħallmu u noqogħdu attenti fil-klassi u fil-formazzjoni li nieħdu fil-għaxija fil-Mużewijiet jew fiċ-Ċentri ta' tagħlim ħalli nagħrfu dejjem aktar x'inhu mistenni minna u kif suppost ngħixu biex fil-verita' nħobbu lil Alla u lil ta' madwarna.
2. Il-kuxjenza mhix maġija jew immaġinazzjoni. Huwa proċess li jibda minn mindu nkunu żgħar permezz tan-nies ta' madwarna li jgħinuna nifhmu x'inhu tajjeb u x'inhu ħażin. Il-Knisja - il-Papa, l-Isqfijiet, is-saċerdoti, il-ġenituri/il-familjari/dawk li jieħdu ħsiebna, il-katekisti, l-għalliema, eċċ., jgħinuna biex niffurmaw il-kuxjenza tagħna permezz tat-tagħlim ta' Ġesu', ħalli ngħixu tajjeb aħna, u mal-oħrajn.
3. Peress li aħna qed nikbru u ninbidlu, irridu nibqgħu nitgħallmu biex nagħrfu dejjem aktar dak li hu sew minn dak li mhux għax b'hekk inkunu qed inkomplu niffurmaw il-kuxjenza tagħna. Il-kuxjenza rridu nibqgħu niffurmawha tul ħajjitna kollha.
4. Qabel kull azzjoni nistaqsi: "Kieku Ġesu' kien minfloki x'kien jagħmel?" Dan jgħinni nirrifletti sew qabel nagħżel x'għandi nagħmel.

------------------------------------------------------------ 

Lezzjoni 1.8 - X'ħadna minn dan il-Kapitlu

1. Ma jistax ikollna komunikazzjoni m'Alla jekk ma jkollniex komunikazzjoni tajba mal-bnedmin.
F' 1 Sam 3: 10 insibu "Tkellem, Mulej. Il-qaddej tiegħek qiegħed jisma'."

Tista' taqra l-istorja ta' Samwel f'paġni 125 sa 131 ta' din il-Bibbja: 



2. Tajjeb li nitkellmu dwar dak li nħossu ma' dawk li kapaċi jifhmuna, nagħtu ċans lil kulħadd biex jitkellem, naċċettaw l-opinjoni ta' kulħadd u nisimgħu lil kulħadd biex insiru nafu, nifhmu u ngħinu.
3. Jeħtieġ li jkollna kuxjenza ffurmata tajjeb u din tiġi billi nisimgħu sew dak li jkun qed jiġi ppreżentat lilna biex nifhmu sew u allura naslu li nagħmlu li hemm bżonn.

------------------------------------------------------------ 

Lezzjoni 2.1 - L-istorja tas-Salvazzjoni

1. Il-Bibbja hija djarju li għandna ngħożżuh.
2. Fl-ewwel unit ġie maħluq timeline li bis-saħħa tiegħu rajna li hemm il-pjan ta' Alla li qed jiġi żviluppat sal-aħħar tad-dinja. Din it-timeline turina l-pjan li fassal Alla li permezz tiegħu wasal Kristu fid-dinja. Din hija l-istorja tas-salvazzjoni li l-pjan tagħha għenna niżviluppaw u niskopru l-pjan ta' mħabba li Alla għandu għalina llum ikoll.
3. Alla wera mħabba kbira lejn il-bniedem permezz tal-Bibbja. Ikun għaqal jekk aħna nwasslu din l-imħabba permezz tal-kliem u x-xhieda tagħna lejn l-oħrajn.
4. Kull vers li hemm fil-Bibbja qiegħed hemm biex juri u jgħallimna xi ħaġa ta' ġid għalina. 

------------------------------------------------------------ 

Lezzjoni 2.2 - It-Tqassim fil-Bibbja

1. L-istorja tal-Bibbja hi differenti minn stejjer oħra li nafu.
2. Bħal kull ħaġa oħra, hemm il-bżonn li aħna bħala Nsara għandna nkunu nafu kemm nistgħu mill-Bibbja. Din mhux biss biex inkunu nafu l-istorja ta' kif imxew l-affarijiet, imma l-aktar importanti biex inkunu nafu lif għandna nġibu ruħna f'ċirkostanzi differenti f'ħajjitna.

------------------------------------------------------------ 

Lezzjoni 2.3. - Il-messaġġ t'Alla għalina

1. Għaliex għandna l-kotba tal-istorja? Għax dawn jgħinuna nkunu nafu kif kienu jgħixu n-nies fi żminijiet differenti - x'kienu jagħmlu - juruna x'għandna nagħmlu biex inkomplu mexjin aħna wkoll.
2. Il-Bibbja tixbah ukoll lill-ktieb tal-istorja ta' Malta jew ta' kwalunkwe pajjiż ieħor minħabba l-ġrajjiet li tirrakkonta. X'valur għandhom għalina l-kotba tal-istorja? Għaliex ngħożżuhom dawn il-kotba? X'jiġri jekk ma jibqgħux jeżistu? Tinqata' l-linja ma' ta' qabilna u ma nibqgħux familja waħda. Ma nkunux nafu kif nistgħu ntejbu ħajjitna la ma jkollniex fiex sabu diffikulta' ta' qabilna.
3. L-istorja kollha li Malta għaddiet minnhom għenu biex bnew lil Malta u lill-Maltin f'pajjiż u f'poplu li għandna llum.
4. Il-Bibbja huwa l-ktieb tal-istorja ta' kif Alla, matul iż-żminijiet, wera lilu nnifsu lill-bniedem. Beda billi wera lilu nnifsu lill-Poplu ta' Iżrael u kompla billi wera lilu nnifsu fil-Persuna ta' Ibnu stess - Ġesu' Kristu.
5. Fl-istorja tas-salvazzjoni naraw biċ-ċar il-fiduċja li għandu jkollna f'Alla u li wkoll irridu nuru din il-fiduċja fl-oħrajn. Biex naslu nagħmlu dan irridu niftakru kif hemm fis-salm 149, li Alla hu dejjem magħna u allura ser jgħinna żgur.

------------------------------------------------------------ 

Lezzjoni 2.5 - Kif nużaw il-Bibbja

1. Il-Bibbja qiegħda hemm biex tgħinna ngħixu aħjar.
2. Kull vers fil-Bibbja jgħinna biex jgħallimna u jurina kif ngħixu aħjar.

------------------------------------------------------------ 

Lezzjoni 2.6 - Kemm iħobbna Alla!

1. Il-Bibbja hija gwida għal ħajjitna, bħalma d-dawl hu gwida għalina kull fejn inkunu.
2. Il-Bibbja hija l-messaġġ t'Alla għalina - hija storja ta' mħabba u li għandna nkunu grati lejn Alla li għoġbu jikkomunika magħna b'dan il-mod.
3. Alla jkellimna permezz ta' messaġġi tal-kelma tiegħu.
4. Il-gratitudni hija mportanti fil-ħajja tagħna u allura kemm hu sew li napprezzaw dawk l-affarijiet li jsiru għalina minn dawk ta' madwarna. Irrid napprezza lill-persuna l-oħra, nara kif nagħmel biex naqdiha meta jkun hemm bżonn, nivvinta biex naraha kuntenta.
5. Alla huwa l-akbar benefattur tagħna u allura kemm hu sew li niftakru kemm nistgħu din il-verita' biex matul il-ġurnata nirringrazzjaw lil Alla kemm nistgħu. Alla bagħtilna l-akbar rigal - lil Ibnu Ġesu'. Lil dan Ġesu' li ġie fid-dinja għalina, tajjeb li napprezzaw dak li għamel għalina billi nagħmlu dak li hemm bżonn biex inkunu bilgħaqal u nħobbuh kif ħabbna Hu.

------------------------------------------------------------ 

Lezzjoni 2.7 - Postijiet u Ġrajjiet

Tajjeb li wara ġurnata ta' ħidma, inkunu kapaċi nieqfu ftit u naħsbu dwar dak li nkunu għaddejna minnu matul il-ġurnata. Dan jgħin biex dak li sar tajjeb, inkomplu nagħmluh u dak inqas tajjeb jew ħażin nirranġawh. U fl-aħħarnett ngħidu grazzi lil Alla ta' dak li nkunu għaddejjna minnu.

Huwa importanti li nħallu mumenti ta' skiet f'ħajti.

------------------------------------------------------------ 

Lezzjoni 2.8 - Naraw x'tgħallimna

1. Il-Bibbja hija miktuba għal kulħadd, anke għat-tfal.
2. Kulħadd hu msejjaħ biex jagħmel il-ġid u kulħadd qiegħed fil-pjan ta' Alla.
3. Alla wera gratitudni lejna meta tana l-Bibbja bħala mezz kif insiru nafuh. "Ngħid grazzi lil Alla tiegħi kull darba li naħseb fih." Filippini 1:3
4. Il-gratitudni hi valur li tajjeb li napprezzaw u nużaw, billi nidraw ngħidu 'grazzi' lil Alla u lil dawk ta' madwarna.

------------------------------------------------------------ 

Lezzjoni 3.1 - Ċelebrazzjonijiet

Għandu jkun hemm moderazzjoni fl-infieq tal-ikel u tal-ilbies. Wieħed jista' jagħmel karita' f'dawn iċ-ċelebrazzjonijiet.

------------------------------------------------------------ 

Lezzjoni 3.2 - Nagħmlu Tifkira

1. Il-qlubija, il-kuraġġ u t-tbatija huma valuri importanti li kull persuna trid tħaddan jekk trid tgħix kif moralment tajjeb. Il-kuraġġ jgħinna nilħqu dak li nixtiequ - studju, sports, ħajja tajba. Mal-kuraġġ jimxu id f'id it-tbatija u s-sagrifiċċju. "Kunu sodi u kuraġġużi. Tibżgħux. Il-Mulej hu magħkom." Ġożwe' 1.9.
2. Irid ikollna l-kuraġġ biex nagħmlu dak li hemm bżonn, kif ukoll il-valur tat-tbatija - it-tbatija li rridu ngħaddu minnha biex naslu li nwettqu dak li għandna nagħmlu. Min jagħmel dejjem li jrid ma jikber qatt u fl-aħħar mill-aħħar xorta jkun irid ibati l-konsegwenzi ta' għemilu.

------------------------------------------------------------ 

Lezzjoni 3.3 - Nagħmlu festa

Il-festi jiġu biex nieħdu pjaċir, imma wkoll biex insiru persuni aktar bilgħaqal u nsiru nħobbu aktar lil Ġesu'. Il-festi kollha huma importanti għalina, imma mhux kollha jiġu ċċelebrati bil-kbir bħall-Milied u l-Għid, imma kollha jridu jressquna biex lil Ġesu' nirringrazzjawh ta' dak li għamel għalina u bil-mod kif ngħixu nuru dan ir-ringrazzjament mil-mod kif inġibu ruħna mal-oħrajn.

------------------------------------------------------------ 

Lezzjoni 3.4 - Is-Sena Liturġika

Is-Sena Liturġika tmexxina u turina l-mumenti l-aktar importanti fil-ħajja ta' Ġesu'. Irridu wkoll napprezzaw il-mumenti importanti fil-ħajja tagħna ħalli nkunu kapaċi napprezzaw aktar il-ħajja tagħna u ta' dawk ta' madwarna.

------------------------------------------------------------

Lezzjoni 3.5 - Is-Sagramenti tal-Bidu

1. Is-sejħa tagħna hija li nimxu wara Ġesu' biex naslu l-ġenna u għal dan il-għan Ġesu' tana s-Sagramenti. Sagrament huwa sinjal li jidher li permezz tiegħu Ġesu' jiltaqa' magħna u jagħtina l-għajnuna tiegħu (il-grazzja) biex nikbru bħala Nsara. Ġesu' waqqaf seba' sagramenti u afdahom f'idejn il-Knisja tiegħu.
2. a) Il-magħmudija tagħmilna wlied Alla u aħwa ta' Kristu u allura sa minn eta' żgħira tiġi mogħtija lilna sabiex meta nikbru nkunu kapaċi nifhmu x'inhu mistenni minna.
b) Il-Griżma tal-Isqof iddaħħalna 'il ġewwa fil-familja ta' Kristu u hawnhekk jiġi l-Ispirtu ta' Alla b'forza aqwa biex jekk irridu jkun jista' jgħinna biex nimxu aktar 'il quddiem fil-ħbiberija tagħna ma' Ġesu'.
c) L-Ewkaristija tgħinna nżommu lil Kristu magħna kuljum u jsir parti minna, anzi jsir aħna.
3. L-Ispirtu s-Santu - il-frott li ser jagħtina huma dawk li ser iressquna dejjem aktar lejn Kristu u lejn ħutna l-bnedmin. Dawn il-valuri huma l-frott tal-Ispirtu - l-onesta', it-tjieba, l-imħabba, il-ġustizzja, il-ħniena.
4. Bħala Nsara rridu naħdmu biex dan l-Ispirtu s-Santu li jinsab fina nużawh biex inkabbru fina dawk il-frott, dawk il-kwalitajiet li jġib miegħu bħalma huma l-onesta', it-tjieba, l-imħabba u l-maħfra.

------------------------------------------------------------

Lezzjoni 3.6 - Ġesu' jagħtina l-Fejqan

Fil-mumenti iebsin u diffiċli ta' ħajjitna, Ġesu' permezz tas-sagramenti qed jgħinna u jagħtina l-qawwa biex inkunu kapaċi ngħixu dawn il-mumenti. Fis-sagrament tal-Qrar, dan is-sagrament jgħinna nerġgħu nsiru ħbieb ta' Alla, paċi magħna nfusna u ma' ħutna l-bnedmin. Meta nirċievu maħfra nħossuna tajbin minn barra u minn ġewwa. Fis-sagrament tal-Griżma tal-Morda, il-marid jirċievi l-barka ta' Alla u jirċievi fejqan mhux tant tal-ġisem, għalkemm dan il-fejqan ġieli seħħ, imma aktar fejqan minn ġewwa, għax iħoss il-paċi li jagħti dan is-sagrament permezz tas-saċerdot, qabel ma dan imur jiltaqa' ma' Ġesu'.

------------------------------------------------------------

Lezzjoni 3.7 - Is-Sagramenti tal-Qadi

Informazzjoni Attività A – Spjega tal-versi

Matt. 5, 13-16- is-sacerdot huwa dak li bil-missjoni u bil-ħajja tiegħu irid juri t-triq. Jekk ma jkunx
hekk, m’hu leader xejn u jixbaħ lil melħ li m’għadux tajjeb u allura jintrema’. Imma l-ħajja tiegħu
għandha sservi ta’ dawl biex aħna nkunu nistgħu nersqu lejn Ġesù permezz tiegħu.


Matt 6, 31-34 Min jaħdem għal Ġesù ma jħabbilx rasu żżejjed biex ikollu ħafna flus, biex ifaddal
iżżejjed,biex dejjem ikollu u jkollu aktar, imma biżżejjed ikollu dak li għandu bżonn. Dan jgħinu
biex ikun jista’ jintefa’ aktar biex jgħin u bil-ħajja tiegħu juri li Ġesù għalih jiġi l-ewwel u qabel
kollox.


Matt 10, 7: Ixandar lil Ġesù u l-messaġġ tiegħu ta’ mħabba.


Matt 18, 15-20: Min iħobb tassew, u jkun leader li jimxi wara Ġesù irid jikkoreġi jekk hemm
bżonn, imma dan jagħmlu bil-ħlewwa bla ma jgiegħel lil dak li jkun jistħi, imma pjuttost jagħmillu
l-kuraġġ biex jibda jgħix aħjar.


Matt. 20, 26-28: Il-leader li fil-verità qed jaħdem biex Ġesù jkun magħruf u maħbub irid ikun ta’
servizz, jaqdi allavolja dan jista’ jfisser li jkollu jħalli xi affarijiet li jieħu gost jagħmel biex jgħin lil
ħaddieħor.


Matt. 26, 26-29: Is-saċerdot huwa dak li bil-kliem tiegħu fiċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa Kristu jiġi
fostna ħaj biex aħna nkunu nistgħu nirċevuh u jsir parti minna.


------------------------------------------------------------ 

Kemm hu sabiħ li nissapportjaw u ngħinu lil xulxin. Agħmel lil ħaddieħor dak li tixtieq li ħaddieħor jagħmel lilek.

------------------------------------------------------------

Lezzjoni 3.8 - Ġisem Wieħed

Għandna nkunu konxji tal-bżonnijiet tal-oħrajn u li nobdu lil min iridilna l-ġid.

------------------------------------------------------------

Lezzjoni 4.1 - Żmien sabiħ

1. Il-Milied hu festa li aħna veru nieħdu gost biha IMMA fuq kollox għandna nifirħu għax twieled Ġesu' li ġabilna r-risq u fetħilna l-ġenna.
2. Rigal mhux biss xi ħaġa li nirċievu mgerrba ġo karta sabiħa, imma li xi ħadd jgħinek u li inti tgħin lil xi ħadd. Għalhekk, Ġesu' hu l-ikbar rigal għax tana lilu nnifsu.
3. Min ikun qed jagħti rigal jekk fil-verita' jkun qed jagħtih minn qalbu, ma jagħtihx biex jirċievi ieħor lura.
4. Għandna nuru l-apprezzament tagħna lejn Ġesu' li twieled għalina u napprezzaw ukoll il-ħajja tagħna li hi wkoll rigal mogħti lilna.

------------------------------------------------------------

Lezzjoni 4.2 - San Nikola

Għalkemm donnu li għalina Santa Klaws huwa San Nikola, imma fil-fatt huma differenti . Dan minħabba l-fatt li San Nikola vera kien jgħix, u kien jgħix fir-raba’ seklu. Hu veru wkoll li għalkemm kien isqof kien joħroġ iqassam dak kollu li kien ikollu lill-foqra. Dan kien jagħmlu wkoll bil-lejl.
Il-festa tiegħu tiġi fis-6 ta’ Diċembru, imma minħabba li l-Milied hu festa tar-rigali bl-ikbar rigal li hu Ġesù mwieled għalina, allura San Nikola beda jiġi assoċjat mal-Milied - u huwa hu li jqassam ir-rigali lit-tfal bil-għaqal! Santa Klaws qatt ma eżista. Inħoloq biss fl-immaġinazzjoni imma donnu llum dan il-personaġġ fittizju għalina wkoll sar qisu San Nikola li t-tfal tant iħobbu u jistennew minħabba li jġibilhom ir-rigali.


1. San Nikola kellu qalbu tajba. Il-ħeġġa li kellu biex jgħin lil kulħadd, l-isforzi li kien jagħmel u t-tbatijiet li kien ikollu biex jgħin, dawn huma valuri li tajjeb li nikkultivaw fina jekk irridu li ngħixu sew.
2.  Ħafna tfal jitolbu lil San Nikola biex iġibilhom ir-rigal li jkunu jixtiequ. Hu ma kienx ikun irid li xi
ħadd jinduna biex fil-verità ħadd ma kien iħossu obligat lejh. Dan għax kien jgħożż il-kliem ta’ Ġesù: “Tħallix idek il-leminija tkun taf x’qed tagħmel idek ix-xellugija”, jiġifieri meta tagħmel xi ħaġa m’hemm għalfejn ikun jaf ħadd. Dan jgħodd għal dejjem imma l-aktar f’dan iż-żmien li nagħtu mingħajr magħandna nistennew xejn lura.

3. Ħaġa importanti li jrid ikollna fil-ħajja tagħna hi li naħdmu biex nindunaw bil-bżonnijiet ta’ dawk ta’ madwarna u ta’ dawk inqas ixxurtjat minna. 
Iż-żmien ta’ qabel il-Milied – L-Avvent (40 ġurnata
qabel) għalhekk jiġi - biex aħna nifhmu aktar x’għandna nagħmlu biex insiru aħjar u biex ngħinu lil ta’ madwarna jsiru aħjar.


------------------------------------------------------------

Lezzjoni 4.3 - Kemm iħobbna Alla l-Missier

1. Ġesu' huwa r-rigal li tana Alla. Huwa l-akbar rigal li Alla seta' jagħtina. Meta qed ngħinu, qed nagħtu xi ħaġa minn tagħna li hi għal qalbna lil xi ħadd li għandu bżonnha qed nuru apprezzament lejn dan ir-rigal. U mhux biss imma nkunu qed ngħinu u nagħtu lil Ġesu'. Għandna nuru gratitudni lejn Alla għal dak li tant għamel magħna.
2. L-Angelus:
L-Anġlu t'Alla ħabbar lil Marija
U hija saret Omm mill-Ispirtu s-Santu. (Sliema u qaddisa)
Hawn hi l-qaddejja  tal-Mulej
Ikun minni skont kelmtek. (Sliema u qaddisa)
U l-Iben t'Alla sar bniedem
u għammar fostna. (Sliema u qaddisa)
3. Il-ħajja ta’ ragħaj f’dak iż-żmien ma kinitx ħajja faċli. Kienu jdumu ħafna bogħod mid-dar biex jibqgħu fuq l-għoljiet mal-merħliet u allura n-nies ma tantx kienet tħares lejhom b’mod tajjeb. Barra minn hekk kienu meqjusa bħala l-aktar nies baxxi fissoċjetà.
Minn hawn jerġa’ joħroġ il-fatt li Ġesù twieled għal kulħadd.

4. Is-Slaten Maġi ġew minn postijiet differenti u kienu nies ta’ kulur differenti. Dan jikkonferma li veru Ġesù ġie fid-dinja għal kulħadd. It-tifsira tar-rigali: Deheb,
Inċens u Mirra. (deheb għax sultan, inċens għax Alla, mirra għax bniedem)

5. Għandu jkollna attitudni ta' għajnuna s-sena kollha imma l-aktar f'dawn iż-żminijiet tant sbieħ u għeżież.

------------------------------------------------------------

Lezzjoni 4.4 - Ġesu' hu Ħuna

1. Aħna lkoll aħwa ta' Ġesu' u wlied il-Missier tagħna tas-sema. Għalhekk aħna magħqudin ma' Ġesu' għax aħna niffurmaw parti mill-istess siġra għax għandna l-istess Missier.
2. Għandna nħossu ferħ meta niftakru li Ġesu' jifforma parti mill-familja tagħna u qiegħed hemm biex jgħinna.

------------------------------------------------------------

Lezzjoni 4.5 - Il-Madonna

Intervista ma' Marija

1. Kemm kellek żmien meta sirt taf li ser ikollok lil Ġesù?
 Kont għadni kif għalaqt sittax-il sena. Kont għadni żgħira, iżda kont diġà mwiegħda lil Ġużeppi. Kont naqra mħawda dak iż-żmien, ma kontx naf x'qed jiġri u x'ser jiġri minni.
2. Bżajt meta rajt lill-Anġlu Gabrijel?
 Tiċċajta!!! Kif tista’ ma tibżax meta filli qed taħsel il-platti u filli tara dawl qawwi dieħel mit-tieqa?! Biex tgħaxxaqha wara tara raġel qisu qed itir, riesaq lejk minn ġottieqa. Le le . . bżajt ħafna. Imma mbagħad l-anġlu beda jkellimni u malajr ikkalmajt.
3. Kif irnexxielek tgħid lil Ġużeppi li ser ikollok tarbija u kontu għadkom mhux miżżewġin?
 Tgħidx kemm kont imbeżżgħa. Ma kontx naf kif ser naqbad ngħidlu. Kont ċerta li mhux ser jirnexxilu jifhem. Iżda mbagħad ġieni l-kuraġġ u għedtlu. Wara kollox Alla jaf x’inhu jagħmel u ma kienx ser jagħmel xi ħaġa bħal din u jpoġġini fil-periklu.
4. Bżajt minn dak li setgħu jgħidu n-nies?
 Heqq bżajt xi ftit, hux. In-nies li kienu joqogħdu ħdejna ma kinux wisq mill-ħelwin. U biex jgħidulek kelma ma ridux wisq. Iżda la din kienet xi ħaġa ġejja mingħand Alla ma kellix għalxiex nibża’.
5. Għaliex mort tgħin lil qaribtek Eliżabbetta? Ma ħsibtx li stajt tagħmel ħsara lit-tarbija?
 Kif l-anġlu qalli li Eliżabbetta kien ser ikollha tarbija wkoll, tħawwadt aktar. Dik kienet mara kbira fl-età u kienet veru diffiċli biex ikollha tarbija. Iżda għal Alla ma hemm xejn impossibbli. Jekk tafda fih kollox jista’ jiġri. U dak il-ħin stess tani bħal ġenn biex immur ngħinha. Mara ta’ dik l-età kellha bżonn l-għajnuna. Żakkarija, ir-raġel tagħha, ma kienx żgħir u kien qassis fit-tempju. Ħin magħha ma tantx kien ikollu. Għalhekk kien hemm bżonn li xi ħadd viċin tagħha jmur jagħtiha daqqa ta’ id.
6. Kif kienu d-disa’ xhur tat-tqala? Diffiċli?
 Ifhem ma għandix x’ingerger. Sakemm drajt li ġismi kien qed jinbidel, ma kinitx faċli. Imma fl-aħħar mill-aħħar din kienet l-isbaħ ħaġa li qatt ġratli u kienet ġejja kollha kemm hi minn Alla. Ma stajtx ingerger hux!
7. Tista’ tiddeskrivilna x’għamel Ġużeppi meta sar jaf li kien ser ikollok tarbija? U x’għamel waqt it-tqala?
 Ġużeppi ippanikja. Beda jaħseb li ma kontx għadni nħobbu. Iżda malajr fehem li dan kollu kien ġej minn Alla. Tgħidx kemm għamel affarijiet miegħi u kemm kien ta’ għajnuna. Dak Ġużeppi, raġel ta’ veru. Raġel b’qalb tad-deheb.
8. X’ħassejt meta kontu f’Betlehem u ma kienx hemm fejn toqogħdu?
 Kieku taf kemm ħassejtni mdejqa. Mhux għalija ta ... imma għat-tarbija tiegħi. Kellu jitwieled ġo għar tal-annimali?! Dik id-dinjità kollha li kellu?! Imma mbagħad fhimt li l-Iben ta’ Alla ma setax jitwieled fil-kumdità ta’ xi palazz. Iżda ried jitwieled fis-sempliċità u fil-faqar. Ried ikun Hu l-ewwel wieħed li jagħti eżempju.
9. X’ħassejt meta rajt lil Ġesù tarbija f’idek?
 Insejt it-tbatija kollha li ħassejt matul dawn id-disa’ xhur. Ma nafx kif tista’ tispjega l-fatt li f’idejk ikollok l-Iben ta’ Alla. Il-ferħ li ħassejt kien kbir immens. Iżda issa kont naf li kelli responsabbiltà kbira li rrid inrabbih kif jixraq lill-Iben t’Alla. Iżda kif qalli l-anġlu, kont naf li Alla l-imbierek ser ikun miegħi. Għalhekk afdajt fiH u ntlaqt f’idejh.


------------------------------------------------------------

Lezzjoni 4.6 - San Ġużepp u personaġġi oħra

1. Dawk li kellhom rieda tajba, it-twelid ta' Ġesu' ħalla effett tajjeb u ta' ferħ, mentri dawk li ma kellhomx rieda tajba, lanqas għarfuh lil Ġesu' u m'aċċettawhx.
2. Importanti li nħejju ruħna għat-twelid ta' Ġesu' ħalli fil-verita' ma jiġrilniex bħal Erodi jew bħal-Lukandier li warrbu lil Ġesu' imma bħall-baqra u l-ħmara li tawh il-kenn.

------------------------------------------------------------

Lezzjoni 4.7 - Simboli u dekorazzjonijiet

o Bastun taz-zokkor (Sugar Cane)
 Dan għandu forma ta’ bastun mhux b’kumbinazzjoni. Ir-rgħajja, li kienu l ewwel nies li raw lil Ġesù kien ikollhom bastun f’idhom. Il-bastun taz-zokkor jirrappreżenta lir-rgħajja. Il-kulur abjad jirrappreżenta l-purità ta’ Ġesù u l-kulur aħmar jirrappreżenta s-sagrifiċċju li Ġesù għamel għalina ... jiġifieri li miet għalina.
o Muniti taċ-ċikkulata miksijin fil-karti tad-deheb
 Hemm ħafna tradizzjonijiet u leġġendi għaliex nieklu l-muniti taċ-ċikkulata miksijin fil-karti tad-deheb. Waħda minnhom hi, li San Nikola, kien iqassam il-flus
tad-deheb lil min kien fqir.
o Boċċi tas-Siġra tal-Milied
 Il-boċċi tas-siġra tal-Milied għandhom tradizzjoni kważi simili għall-flus taċ-ċikkulata. San Nikola kien poġġa tliet boċċi tad-deheb (jew boroż bil-flus), fi-ttieqa ta’ tliet tfajliet fqar. Minn hemm bqajna nżommu t-tradizzjoni li ndendlu l-boċċi kkuluriti mas-siġra tal-Milied.
o Il-25 ta’ Diċembru
 Ir-Rumani, li kienu nies pagani, kienu jiċċelebraw il-festa tax-xemx fil-25 ta’ Diċembru. In-nies li kienu jmexxu l-Knisja fil-bidu tagħha ma kinux jafu eżatt
meta twieled Ġesù. Allura għażlu li jaddottaw din id-data bħala l-jum tat-twelid ta’ Ġesù. Ġesù huwa d-Dawl tad-Dinja. Hemm xi ġurnata aħjar mill-festa tax-xemx li fiha nistgħu niċċelebraw it-twelid ta’ Ġesù?
o Il-Punsjetta
 Il-Punsjetta hija forma ta’ stilla. Din tista’ tixxebbah mal-istilla ta’ Betlehem. Filwaqt li l-weraq tagħha huma ħomor, dawn jistgħu jixxebbhu mad-demm ta’
Ġesù meta miet għalina.
o Is-Siġra tal-Milied
 Ġesù huwa s-siġra u aħna l-friegħi. Hekk qalilna meta kien ħaj magħna fid-dinja. Is-siġra tal-Milied nistgħu nużawha bħala s-simbolu ta’ dak li qalilna Ġesù meta kien fid-dinja.


------------------------------------------------------------

Lezzjoni 4.8 - Preparazzjoni u Tradizzjonijiet

L-Avvent:
L-Avvent jibda erbat iħdud qabel il-Milied. F’dan iż-żmien niftakru fit-tliet miġjiet ta’ Ġesù. L-ewwel miġja hija meta twieled fl-għar ta’ Betlehem biex isalvana, it-tieni miġja hija dik li jrid jagħmel fil-qalb
tagħna u t-tielet miġja hija dik il-miġja li għad jerġa’ jagħmel fl-aħħar tad-dinja. L-Avvent huwa żmien ta’ preparazzjoni. Fih nippreparaw ruħna għall-aħħar żewġ miġjiet ta’ Ġesù. Kull darba li lil Ġesù nirċevuh ġo fina, tkun qiegħda sseħħ it-tieni miġja, għalhekk irridu nkunu ppreparati tajjeb. Iżda rridu nkunu ppreparati aħjar għat-tielet miġja ta’ Ġesù, meta jiġi fl-aħħar tad-dinja u jekk inkunu għexna ħajja skont l-eżempju tiegħu, immorru ngawduh għal dejjem.
 

Ix-Xewqat u l-Kartolini:
Fit-twelid ta’ Ġesù, l-anġli ħabbru ferħ kbir lil kulmin kien ta’ rieda tajba. Permezz tal-kartolini u x-xewqat li nawguraw lil xulxin, inkunu qegħdin inġeddu dak il-ferħ tal-ewwel sena li Ġesù kien jgħix fid-dinja. Huwa sabiħ li tibgħat kartolina bil-Bambin lil qrabatek u lħbieb ... anke jekk dawn ma jibgħatulekx!
Fil-Milied, il-frażi l-aktar popolari hija il-‘Happy Christmas’. B’din il-frażi nawguraw il-Milied it-Tajjeb lil xulxin. Il-kelma ‘Christmas’ tinkorpora fiha l-Messija: ‘Christ’. Għalhekk huwa importanti li f’din il-festa tat-twelid ta’ Ġesù, insemmu lil Ġesù u mhux il-vaganzi jew xi ħaġa oħra. Teżisti idea oħra li nistgħu nużaw il-frażi ‘Happy Xmas’. Xi teoriji jgħidulna li din il-frażi ġejja mill-kelma Griega ‘Xristos’, li tfisser il-Messija. Maż-żminijiet din it-tifsira intesiet u kull darba li ġiet użata din il-kelma ġiet interpretata bħala nuqqas ta’ rispett lejn it-twelid ta’ Ġesù. Importanti li ċ-ċentru taċċelebrazzjonijiet tagħna f’dan iż-żmien, ikun Ġesù! Jekk niċċelebraw it-twelid ta’ Ġesù
mingħajr ma nsemmuh, x’inkunu qegħdin niċċelebraw?
 

Il-Presepju:
Ħafna dilettanti tal-presepju jibdew minn kmieni (ġieli anke fis-sajf), jaħdmu biex ifakkru din il-ġrajja. Iċ-ċentru tal-presepju jkun dejjem l-għar fejn fih twieled Ġesù. Fih ikun hemm Marija u Ġużeppi, il-baqra u l-ħmara u xi nagħaġ ma’ xi ragħaj. Kull min imur jara xi presepju (kbir jew żgħir), l-ewwel ħaġa li jfittex hija l-grotta tal-akbar twelid li d-dinja qatt assistiet għalih.


In-Novena:
In-Novena hija disat ijiem qabel il-Milied. Fiha nibdew nippreparaw ruħna aktar bis-serjetà għal din il-festa tant għażiża. Kuljum ikun hemm il-quddiesa tan-novena. Din il-quddiesa tiġi animata minn gruppi differenti jew individwi li jkunu jagħtu servizz f’dik il-parroċċa partikolari. F’dan iż-żmien nisimgħu aktar għanjiet tal-Milied u naraw il-knisja tiġi mżejna bilmod,
biex il-qofol tat-tiżjin jintlaħaq fl-24 ta’ Diċembru.
 

L-Għana tal-Milied:
L-għana tal-Milied beda jitkanta żmien ilu. Fi żmien fejn kien għad ma hawnx karozzi, in-nies kienu jmorru l-quddies bil-mixi jew bil-karettun. Sakemm jaslu kienu joqogħdu jgħannu l-għanjiet tal-Milied. Imbagħad kienu jkomplu jgħannu sakemm tiftaħ il-knisja u kulħadd jieħu postu.

Il-Purċissjoni bil-Bambin:
L-ewwel qaddis Malti San Ġorġ Preca, kien devot ħafna tal-Bambin. Ried jagħmel minn kollox biex jurih lid-dinja kollha. Fil-fatt dawwar il-kelma MUSEUM (kif kienet oriġinarjament) f’sentenza bil-Latin: ‘Magister Utinam Sequater Evangelium Universus Mundus’ li tfisser ‘Mgħallem mhux li kien id-dinja kollha timxi wara l-Evanġelju tiegħek.’ Prova ta’ dan hija l-purċissjoni bil-Bambin ta’ lejlet il-Milied. Fil-purċissjoni, it-tfal u s-soċi tal-Museum, iduru mal-belt jew mar-raħal ikantaw għanjiet tal-Milied u jaqraw xi siltiet dwar il-Bambin. F’idejhom ikollhom xi
lampi jew fanali.


Il-Quddies ta’ Nofs il-lejl:
Il-Quddiesa ta’ Nofs il-lejl, hija l-qofol ta’ din il-festa. Ilpreparamentita’ qabel il-Milied, bħal tiżjin tad-dar u xiri tar-rigali huma kollha importanti. Imma jekk ma tippreparax ruħek u qalbek biex tilqa’ fiha lill-protagonist ta’ din il-festa, il-preparamenti l-oħra jkunu kollha għalxejn. Jekk xi ħadd jorganizzalek festin għal għeluq sninek u lilek ma jistiednekx,
mhux għalxejn ikun organizzah?
 

Il-Priedka tal-Milied:
Il-Priedka tal-Milied tiftakar il-bidu tagħha fil-bidu tas-seklu għoxrin, jiġifieri fil-bidu tan-1900. Dak iż-żmien kienu jgħallmu lill-abbatini xi sentenzi dwar il-Milied u kienu jgħiduhom quddiem in-nies li jkunu attendew għall-quddiesa. Meta din il-ħaġa ġiet imwaqqfa, beda jintgħażel tifel (illum anke tifla jew ittnejn) biex jagħmel priedka ċkejkna dwar il-Milied. Nistgħu naraw li Alla jinqeda b’kulħadd biex iwassal il-messaġġ tiegħu, anke tfal bħalna stess.
 

L-Ikla tal-Milied:
Hija tradizzjoni li fil-ġurnata tal-Milied, il-familja
kollha (bin-nanniet u z-zijiet) tinġabar għand xi
ħadd (li jkollu post kbir għal ħafna nies) biex jieklu
flimkien l-Ikla tal-Milied. Tradizzjonalment f’din ilġurnata jittiekel id-dundjan. Barra d-dundjan hemm
ikel ieħor li jittiekel matul dan iż-żmien, fosthom,
il-pudina, il-qagħaq tal-għasel, il-qassatelli tal-ħelu,
il-qastanija, il-kejk u l-Christmas log. Hija ħaġa sabiħa li fil-festa li fiha niċċelebraw l-akbar
rigal li tana Alla, niltaqgħu l-familja kollha u nkunu magħqudin flimkien.


------------------------------------------------------------

Lezzjoni 5.1 - Il-bniedem maħluq biex jgħix mal-oħrajn

1. Bħala bnedmin, aħna ma nikkomunikawx bl-istess mod ma' kulħadd. Jien inħobb lill-ġenituri jew lil dawk li jieħdu ħsiebi iktar minn kemm inħobb lil tal-ħanut jew lil xufier għax huma m'humiex importanti f'ħajti daqshom, avolja jaqduni u jagħtuni servizz.
2.  Aħna nikkomunikaw biex nistgħu ngħinu lil xulxin u b'hekk intejbu l-livell tal-ħajja tagħna. Eż. Tabib - ngħidulu x'għandna biex jagħtina l-mediċina addattata, immorru għand il-qassis li qiegħed flok Ġesu' biex permezz tiegħu ngħidu 'sorry' lil Alla ta' dak li nkunu għamilna li mhux sew.
3.  Ġesu' għandu jkollu importanza kbira fil-ħajja tagħna. Nuruh li nagħtuh importanza billi naħdmu biex nibnu relazzjoni miegħu.

------------------------------------------------------------

Lezzjoni 5.2 - Il-bniedem jikkomunika b'ħafna modi

1. Aħna soċjali u għalhekk żviluppajna ħafna modi kif nesprimu lilna nfusna u ngħaddu l-messaġġi tagħna.
2. F'kulturi differenti mhux biss għandna l-lingwa li tvarja imma anke xi mossi, ilbies jew kuluri għandhom tifsira differenti. Per eżempju l-Afrikani fiċ-ċelebrazzjonijiet tagħhom, anke fiċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa jużaw ħafna kant u żfin li din iċ-ċelebrazzjoni ġieli tiegħu tliet sigħat. Xi modi ta' komunikazzjoni jaf jidhru strambi għalina waqt li għal persuni oħra f'dawn il-kulturi, ikunu l-mod tal-ħajja tagħhom per eżempju f'ċerti kulturi n-nies qabel jitilqu lil xulxin ibusu lil xulxin, aħna ngħidu biss "saħħa" jew "ċaw".
3. Huwa importanti li naċċettaw lil kulħadd u biex nikkomunikaw sew irridu noqogħdu attenti ħa nifhmu l-persuna l-oħra xi tkun qed tgħidilna. Huwa importanti li nidraw inkellmu lil Alla wkoll.

------------------------------------------------------------

Lezzjoni 5.3 - Il-Komunikazzjoni ma' Alla

1. Missirijietna kienu jitolbu u jqimu lill-allat billi joffrulhom l-aħjar ġid li kellhom - l-annimali, il frott, il-ħaxix, id-demm u l-ulied! Dan kien il-mod kif kienu jikkomunikaw mal-allat.
2. Il-bniedem dejjem fittex lid-Divin u ried jikkomunika miegħu bil-mezzi li kellu u bil-modi kif kien jaf. Dawn huma ġrajjiet ta' eluf ta' snin ilu.
3. Ħafna niex pagani kienu jaduraw u jitolbu lill-allat permezz tas-sagrifiċċji. L-allat foloz ma kkomunikawx għax ma jeżistux, imma Alla l-veru kkomunika u bagħat dak li kien mitlub jibgħat għaliex hu Alla ħaj.

------------------------------------------------------------

Lezzjoni 5.4 - L-Iben t'Alla jsir bniedem


1.  Alla tagħna jeżisti u jikkomunika.
2.  L-Iben t'Alla huwa l-kelma t'Alla li saret laħam..."għammar fostna". Dan hu l-misteru tal-Inkarnazzjoni. Il-kelma ġejja minn In Carne = Fil-laħam...Alla li sar laħam=bniedem. Dan hu l-mod l-aktar kbir u qawwi kif Alla jkellimna.
3.  Fl-imgħoddi Alla kellem lill-bniedem permezz tal-profesti, imma issa kellimna aħjar għax dan kien permezz ta' Ibnu li sar wieħed minna. La huwa Alla, hu sid ta' kollox għax kien minn dejjem. Allura, bħala sid hu wkoll imexxi kollox. Hu ġie fid-dinja biex inaddafna mid-dnub u jiftħilna l-bieb għall-ġenna.

------------------------------------------------------------

Lezzjoni 5.5 - Ġesu' ġie biex isalvana

1. Ġesu' kien sensittiv għall-bżonnijiet tan-nies, anki ta' dawk l-iktar imwarrbin mis-soċjeta'.
2. Ġesu' waqqaf is-Sagrament tal-Ewkaristija biex jibqa' magħna dejjem. Huwa importanti li nagħrfu l-kobor u l-bżonn ta' dan is-Sagrament. Ġesu' ried jibqa' magħna. Dan diġa' juri kemm iridilna ġid meta tana dan ir-rigal. Bħalma l-ikel naturali jsaħħaħ u jagħtina l-enerġija, hekk l-Ewkaristija tgħinna napprezzaw lil Ġesu', tgħinna ngħixu aħjar u tagħtina s-saħħa biex ngħidu 'le' lill-ħażin.
3. Huwa importanti li bħalma Ġesu' kien iħobb lil kulħadd u jersaq lejn kulħadd, aħna wkoll għandna nersqu bil-mod tagħna u bil-għaqal kollu lejn min ikollu bżonn l-għajnuna.

------------------------------------------------------------

Lezzjoni 5.6 - Aħna kapaċi naħfru

1.  Il-komunikazzjoni tista' tieħu forma ta' djalogu kwiet u ta' pjaċir imma jista' wkoll ikun ta' ġlied jew nuqqas ta' ftehim.
2.  Aħna, bħala bnedmin, donna ma nafux ma nweġġgħux lil xulxin b'xi mod jew ieħor. Anke niex li kienu "qaddisin" dinbu u weġġgħu lill-oħrajn u lil Alla bid-dnub tagħhom. Eżempju David li ħa l-mara ta' ħaddieħor u qatel lil żewġha. San Pietru ħalef li ma jitlaq lil Ġesu' qatt u ħalef li ma jafux.
3.  Tliet passi importanti tar-rikonċiljazzjoni:
a. Tagħraf id-dnub tiegħek – int tinduna li dak li qed tagħmel hu ħażin eż. Sraqt xi ħaġa, taf li ma tistax tagħmel hekk u allura inti tinduna li mhux sew.
b. Titlob maħfra – mhux biss tinduna imma f’dan il-każ trodd li tkun ħadt.
ċ. Tbiddel ħajtek – tiddeċiedi li ma terġax tagħmel dan il-ħaġa. Hawnhekk tajjeb li ssir spjega tal-maħfra wara li l-persuna tkun indunat u talbet skuża. Uri li l-maħfra
mhix dejjem faċli, anzi qatt m’hi faċli għax int trid taħfer lil min għamillek il-ħsara. Int trid min jaħfirlek? Mela agħmel kif tixtieq li jagħmlu lilek.

4.  Min iweġġgħek mhux faċli li tgħidlu “naħfirlek” imma tagħmilha bil-għajnuna t’Alla u għall-imħabba
ta’ Ġesù u għax tiftakar ukoll li lilek trid min jaħfirlek ukoll. Bħala bnedmin il-moħħ tagħna mhux faċli titfilu l-iswiċċ għal dawk l-affarijiet li nixtiequ aħna imma tajjeb li ma nibqgħux innisslu fina rabja għal min ikun għamlilna l-ħsara u li jekk narawh fil-bżonn ngħinuh.

5. Għandna nagħrfu n-nuqqasijiet tagħna u nitolbu maħfra għalihom u aħna għandna naħfru wkoll lill-oħrajn.

------------------------------------------------------------

Lezzjoni 5.7 - Ir-rikonċiljazzjoni

1.  Is-sagramenti huma mumenti fejn aħna nersqu lejn Alla permezz ta’ Ġesù u nħalluh jidħol fil-ħajja tagħna biex inkunu nistgħu bil-għajnuna tiegħu nsiru
aħjar.

2. Ġesù jkun magħna permezz tal- Magħmudija (għax għamilna wliedu), tat-Tqarbin (għax jiġi fina) u tal-Griżma tal-Isqof (għax jagħtina l-Ispirtu s-Santu b’qawwa speċjali).
3. Waqt ir- Rikonċiljazzjoni aħna nkunu qed nirrikonċiljaw ruħna m’Alla (i.e ningħaqdu mill-ġdid ma’ Alla). Waqt dan is-sagrament tkun qed tirrepeti ruħha l-istorja tal-Iben il-Ħali u n-nagħġa l-mitlufa.
4. Meta nqerru għax jiddispjaċina, inkunu qegħdin inħallu lil Alla jimliena bil-ħniena u l-imħabba tiegħu u għalhekk aħna nkunu qed nindmu mill-ħażen tagħna u nagħtu kelma li ninbidlu mill-aħjar li nistgħu.
5. Huwa importanti li nagħrfu s-siwi tas-sagramenti u nirċevuhom kemm nistgħu għaliex permezz tagħhom aħna nilqgħu l-maħfra t’Alla, insiru aħjar u kapaċi ngħinu aktar.

------------------------------------------------------------

Lezzjoni 5.8 - X'tgħallimt minn dan il-kapitlu?

1. Il-valur tal-maħfra huwa valur li jgħinna ngħixu aħjar fl-ambjent ta' madwarna.
2. Irridu naħdmu forsi bi tbatija biex inħobbu bil-verita' lil xulxin u nirrispettaw lil xulxin. Irridu naħdmu biex fil-klassi ssaltan l-għaqda għax wara kollox il-klassi hija t-tieni dar tagħna.
3. Kemm hu sew li nikkomunikaw ma' xulxin u nippruvaw nifhmu x'ikun qed jipprova jgħidilna ħaddieħor - nagħtu l-għajnuna anke jekk ifisser li rridu nbatu biex nagħtuha.

------------------------------------------------------------

Lezzjoni 6.1 - Ir-Rispett

1. Xi ħadd li jirrispettak jisma' dak li nkun qed ngħid, jieħu ħiebi, iwissini għal dak li ngħmel ħażin, jagħtini ċans nirranġa l-iżbalji tiegħi, ma jikkritikanix iżżejjed.
Ir-rispett lejn l-oħrajn - niddiskuti imma noqgħod għal dak li jgħiduli l-ġenituri, nisma' lil kulħadd bil-kalma, inwarrab l-egoiżmu ħalli naħseb fl-oħrajn, ikolli mħabba lejn l-annimali u lejn l-ambjent, ninkuraġġixxi lil kulħadd, napprezza anke lil dawk li mhumiex daqshekk qrib tiegħi.
2.  Rispett ifisser Inbati biex inħobb.
3.  L-ewwel rispett irid jintwera lejn il-ġenituri u lejn dawk li jieħdu ħsiebna. Il-karita' tibda mid-dar.
4. San Pietru kien qed jgħix fi żmien meta fil-Greċja l-bniedem kien meqjus intelliġenti mhux biss meta jaf l-iskola għax ikun studja, imma meta kien ikun kapaċi juri l-ideat tiegħu mingħajr ma juża arroganza u jaċċetta dawk tal-oħrajn. Hawnhekk tista’ tistaqsi jekk dan għadux jgħodd anke llum.
5.   Irridu nużaw rispett anke lejn dawk li huma stess juru nuqqas ta’ rispett. Din mhix faċli, imma jekk irridu nimxu fuq il-passi ta’ Ġesù ma nistgħux nagħmlu l-kontra. Lewwelnett Ġesù kien li wera l-ogħla rispett lejna l-bnedmin meta sar bniedem biex aħna nkunu
salvi. Meta kien fostna kien jittratta mal-oħrajn b’rispett, kemm dawk li kien jaf li kienu favur tiegħu u kemm lil dawk li kien jaf li kienu kontra tiegħu, bħal per eżempju lil Ġuda li ttradih.

6.  Ir-rispett huwa l-prinċipju fundamentali li jgħinnna ngħixu flimkien. Min jirrispetta dejjem jirbaħ u jkun qed jitgħallem jikkontrolla kliemu u l-imġiba tiegħu meta s-sitwazzjoni li jkun fiha ma tantx tkun favorevoli. B’hekk ikun qed jikber fl-għaqal. Min jirrispetta ma jkollux għalxiex jinkwieta li għajjat, għajjar u weġġa’ lil xi ħadd. Inti tirbaħ għax inti tkun qed titratta lpersuna kif tixtieq li ħaddieħor jitratta lilek. U hawnhekk jidħol Ġesù li rrispetta lil kulħadd u hu stess qalilna: ‘Jekk int tħobb lil min iħobbok biss, xi ħlas jista’ jkollok?’ Ir-rispett jgħinek toqgħod attent/a għall-mod kif nitkellmu u kif tagħmel l-affarijiet bil-mod li jridek Ġesù.
7.  Ir-rispett hu ferm importanti għax bir-rispett u bl-imħabbakulħad jikber fil-għaqal u l-ambjent ikun kalm u kulħadd iħossu tajjeb. Tajjeb li bħala klassi tinkuraġġixxi li taħdmu flimkien biex tikbru f’dan il-valur.

------------------------------------------------------------

Lezzjoni 6.2 - Il-Ferħ

1.  Ir-rispett ifisser tbati biex tħobb. L-ewwel risġett għandu jintwera lejn il-ġenituri u lejn dawk li jieħdu ħsiebna u wkoll lejn kulħadd.
2.  Il-ferħ, bħar-rispett, jinqasam fi tnejn:
a. il-ferħ li jgħaddi - mort party u ħadt pjaċir, żanżant xi ħaġa ġdida, xtrajt li kont tixtieq eċċ.
b. il-ferħ li jibqa' - kemm għamilt li kelli nagħmel - kemm għent lil min kellu bżonn l-għajnuna - meta ħfirt u rajt it-tbissima fuq wiċċ il-persuna l-oħra, eċċ.
3.  X'jagħmel festa Maltija dik li hi?
a. it-tolleranza li toħloq l-imħabba,
b. li tieħu gost u tara kif tagħti gost lil ħaddieħor,

ċ. fuq l-eżempju tal-padrun/a, wieħed jara kif ħa jsir aktar bil-għaqal,
d. ir-rispett lid-dar t’Alla u ma nagħmlux minnha pjazza ta’ raħal.
e. meta nkunu ferħanin, niftakru f’min mhux u naraw kif nistgħu ngħinuh.

4.  Ma nħalltux il-festi ta' barra ma' dawk ta' ġewwa.
5.  Il-valur tal-ferħ veru – m’hemmx piki u tgħajjir, mhux għajjat u storbju, imma tgħin u tara lil dik il-persuna ferħana, taħdem biex fid-dar u fil-klassi ma jkunx hemm ġlied imma rispett u mħabba u allura ferħ u tolleranza.

------------------------------------------------------------

Lezzjoni 6.3 - Għarfien ta' Kristu

1.  Il-valuri tar-rispett u l-ferħ veru li t-tnejn li huma biex wieħed jagħmilhom irid bilfors iġorr xi forma ta’ sagrifiċċju.
2.  Ġesu huwa r-Ragħaj it-Tajjeb tagħna li jieħu ħsiebna. Ġesù huwa dak li aħna nemmnu li jieħu ħsiebna.
3.  Kull persuna għandha dritt li tħaddan ir-reliġjon li trid, kull persuna għandha d-dover li turi rispett lejn min hu differenti minnha (tolleranza), bid-differenzi ta’
bejnietna xorta nistgħu nkunu ħbieb u noħolqu armonija u paċi u mhux ġlied fl-ambjenti fejn ngħixu, meta hemm ir-rispett ħadd ma jbati. Fejn hemm ir-rispett hemm l-għaqal.


------------------------------------------------------------

Lezzjoni 6.4 - L-Għaqda

1. Waqt diskussjoni għandu jkun hemm il-kalma. Kulħadd għandu jkun attent u allura tkun qed issaltan l-għaqda f'dan l-ambjent.
2.  Ir-rispett u l-imħabba fl-għaqda - l-għaqda tgħin biex il-persuni jibnu ħbiberija bejniethom u jħossuhom dejjem flimkien għax kapaċi jiftħu qalbhom ma’ xulxin xi kultant għalkemm ‘il bogħod minn xulxin.
3.  L-imħabba ta’ Ġesù għalina - wara li tana lilu nnifsu tana lil Ommu u l-għaqda ta’ Marija magħna l-bnedmin bħala ommna. Dan kollu jrid iwassalna nifhmu li Ġesù jridna naħdmu għall-għaqda u l-imħabba ta’ bejnietna għax meta qed nagħmlu dan, aħna qed nibqgħu magħqudin miegħu. 
4.  Kemm hu importanti li nġibu ruħna sew meta qed naħdmu flimkien u qed nitgħallmu kif insiru aħjar, jew qed nitolbu. Meta aħna qegħdin nagħmlu dan kollu, Ġesù qiegħed magħna. Ġesù qiegħed magħna dejjem, imma bħala Nsara għandna naħdmu biex nogħġbuh dejjem u f’kollox.

------------------------------------------------------------

Lezzjoni 6.5 - Is-Sinjali

1. Is-sinjali f'ħajjitna jiffrankawlna l-ħin għax huma ta' gwida tajba għalina.
2.  Importanti r-radd tas-salib qabel kull ħidma li nkunu ser nagħmlu. Bir-radd tas-Salib inkunu qed infaħħru lit-Trinità Qaddisa li tgħammar fina u nistidnuha tkun magħna fil-ħidma tagħna. 
3.  Xi kultant nistħu nroddu s-salib meta nkunu fuq tal-linja, jew f’xi restaurant. Dan għax m’aħniex konvinti minn dak li nkunu qed nagħmlu meta nroddu dan issalib. Staqsi jekk il-Musulmani jistħux jitolbu quddiem in-nies – le għax jemmnu li hekk għandhom jagħmlu.
4.  L-imħabba li Ġesù kellu lejn it-tfal u l-imħabba li Ġesù għad għandu lejn it-tfal - Ġesù berikom u qiegħed idejh fuqhom għax it-tfal riedu jkunu qrib tiegħu. Oħroġ ukoll il-fatt li s-salib iġib fuqna l-barka u jgħinna negħlbu dak kollu li jfixkilna milli nħobbu aktar għax bis-sinjal tas-salib inkunu qed infaħħru lit-Trinità Qaddisa – il-Missier, l-Iben u l-Ispirtu s-Santu u nuru x-xewqa tagħna li nkunu qrib t’Alla u allura tal-oħrajn.

------------------------------------------------------------

The Different Religious Crosses

The cross is a symbol instantly associated with Christianity. When the Roman emperor Constantine made Christianity the official religion of the Roman Empire, the cross became the official emblem of the religion. At the time it was a reference to the
earlier practice of crucifying Christians, something that was no longer permitted. Since Christianity isn't practiced in the same way the world over, different Christian communities have their own representation of the cross.
 

The Latin Cross

The Latin cross is the most common form of religious crosses. It's this form of the cross that's used as the base of the crucifix (a cross with Jesus' body handing
from it); a form favored by Catholic and Orthodox churches. In Protestant churches the cross is usually left empty. Prior to its use as a Christian symbol,
the Latin cross was used as a magical symbol that was intended to bring its bearer good luck while chasing away evil.
 

The Celtic Cross

The purpose of the ring that surrounds a Celtic cross has many interpretations. To some it represents the endlessness of God's love demonstrated through the
sacrifice of his son on the cross. Others interpret the circle as a halo and a representation of the hope for salvation. According to Irish legend, St. Patrick created the first Celtic cross.

The Eastern Orthodox Cross


The Eastern Orthodox cross differs from other Christian crosses with its use of three crossbeams instead of the usual single crossbeam. The central crossbeam is the same as in other crosses. The top crossbeam is a representation of the plaque that was placed above Christ during the crucifixion that read, "Jesus the Nazarene, King of the Jews." On the Eastern Orthodox cross the plaque is symbolic only and is usually left blank. There are many interpretations about the purpose of the low
angled crossbeam. To some it's a representation of the foot support present during the crucifixion. Since
the angling of the lower crossbeam is most common in Russia, another theory for its presence on the
Eastern Orthodox cross is its connection to St. Andrew who is credited with bringing Christianity to
Russia. St. Andrew was crucified on an x-shaped cross and the lower crossbeam is a partial reflection of
that.
 

St. Peter's Cross

While popular culture touts it as the cross of Satanists, the inverted cross is actually the cross of St. Peter. When St. Peter was executed, he requested that his crucifix be turned upside down because he didn't feel that he was worthy of being crucified in the
same manner Jesus had been.


------------------------------------------------------------

Lezzjoni 6.6 - In-Nar

1.   Xi karatteristici tan-nar – isaffi (id-deheb jgħadduh min-nar - neħilsu mill-ħaxix ħażin), isaħħan,
jeqred, juri qawwa, sinjal ta’ ħajja (xi siġar fl-Amazon meta jinqerdu bin-nar mill-istess irmied terġa’ tibda tisponta sigra ġdida), jiġġwida.

2.  Il-purċissjoni f’Lourdes - ġabra – għaqda – talb bil-qima – sbuħija bix-xemgħat – tifħir lill-Madonna.
Fakkar li x-xemgħa hija simboli ta’ qima. Fil-fatt narawha tixgħel quddiem Ġesù Sagramentat fil-lampier tan-nofs u fuq l-artal, kif ukoll quddiem ħafna statwi li jkun hemm fil-knisja.

3.  In-nar kien il-mezz ta’ gwida fil-kolonna tan-nar li wriet it-triq lil-Lhud fid-deżert. Kien mezz ta’ kif Alla tkellem ma’ Mosè fis-siġra tal-għollieq taqbad bla ma tinqered kif ukoll fl-ilsna tan-nar li dehru fuq l-Appostli f’Pentecoste u li jagħmel id-differenza kollha fl-imġiba tagħhom.
4.  Is-simbolu tax-xemgha hu: tagħti d-dawl, issaħħan u tinħela. Aħna għandna nkunu bħal din ix-xemgħa - inkunu ta’ għajnuna għal ta’ madwarna, nuru lil Ġesù li hu d-dawl tagħna u li nagħtu l-ħin tagħna fejn hemm bżonn.
5.  Il-Mulej hu dejjem magħna u allura fil-ħajja ta’ kuljum ser jibgħatilna niex li jekk nagħrfu nieħdu l-pariri tagħhom, aħna nsiru ferm bilgħaqal.

------------------------------------------------------------

Lezzjoni 6.7 - Il-Ħobż

1.  Għalfejn nagħmlu l-ikliet? Biex insostnu lilna nfusna, inkunu flimkien, nifirħu u niċċelebraw.
2.  L-aħħar ikla ta' Ġesu' - xtaq ikun ma' ħbiebu, tana lilu nnifsu, l-għaqda li xtaq li tibqa' bejnu u bejn il-bnedmin. Din kienet ikla li għaqqditna lkoll flimkien. Meta ngħidu l-Missierna nfakkru wkoll din l-għaqda.
3.   




------------------------------------------------------------

Lezzjoni 6.8 - Id-Dielja

1.  Ix-xogħol tal-bidwi u l-għelieqi bid-dwieli -  dan hu xogħol delikat ħafna u jirrikjedi ħafna sigħat ta’ ħidma minħabba l-kundizzjonijiet meħtieġa li jrid ikollha d-dielja biex tagħti għeneb tajjeb – kwalità tal-ħamrija, nuqqas ta’ ċerti insetti, tindif mill-ħaxix ħażin.
2.  Fi żmien Ġesù aktar mil-lum l-inbid kien jinxtorob fil-festi u fit-tiġien - l-ewwel miraklu li għamel Ġesù - biddel l-ilma f’inbid l-aktar tajjeb u dan għax mingħajr l-inbid ma kienx ikun hemm tieġ kif suppost.
3.  Bħalma z-zokk huwa dak li jsostni l-friegħi, hekk ukoll Ġesù hu dak li jsostnina jekk nibqgħu magħqudin miegħu, jiġifieri jekk ngħixu kif iridna hu.
4.  Mingħajr Ġesu' ma nistgħux ngħixu sew bħala Nsara.

------------------------------------------------------------

No comments:

Post a Comment