Religion grade 5

Għeżież tfal,

Din hija l-Bibbja li naqralkom minn fuqha waqt il-lezzjonijiet tar-Reliġjon.





Lezzjoni 1.1 - Jiena għandi l-kapaċitajiet

1. Alla ta kwalitajiet lil kulħadd. Dawn il-kwalitajiet jagħmluna uniċi.
2. Kulħadd hemm bżonn jagħraf il-kwalitajiet tiegħu biex ikun jista’ ngħix u jikber sew.
3. Il-kwalitajiet ta’ kulħadd huma bżonnjużi. Dawn ikabbru l-persuna u jtejbu l-ambjent. Ma naħlux ħin biex niżviluppaw lilna nfusna.
4. Il-kwalitajiet huma dawk l-affarijiet sbieħ li kull persuna għandha u li bihom kapaċi tikber u tgħix kuntenta hi u ta’ madwarha.

5. Alla ħalaq lil kulħadd bi kwalitajiet sbieħ.
6. B’dawn il-kwalitajiet il-bniedem kapaċi jasal li jkun f’ħajtu u b’hekk iferraħ anke l-ambjent li jkun fih.
7. Mhux kulħadd għandu l-istess kwalitajiet u ta’ kulħadd huma utli u importanti.
8. Għandna persuni li nammiraw u li bil-kwalitajiet tagħhom jinkuraġġuna biex bħalhom jikbru u jirnexxu.

------------------------------------------------------------ 

Helen Keller Video Clip: click here  or  here

------------------------------------------------------------ 

Lezzjoni 1.2 - Il-Kwalitajiet tal-oħrajn
1. Alla hu dak li jżejjen lil kull bniedem bit-talenti.
2. Ħadd m’għandu għalfejn jitkabbar b’dak li għandu.
3. Kull talent, Alla tah għall-ġid tal-istess persuna u għall-oħrajn.
4. Meta t-talenti ma jintużawx sew issir il-ħsara lill-persuna u lil ta’ madwarha.


------------------------------------------------------------ 

One Direction group in Ghana: click here

------------------------------------------------------------

Lezzjoni 1.3 - Nies ta' fidi kbira fl-Antik Testment

1. Alla ta kwalitajiet lil ċerti nies li saru importanti biex permezz tagħhom nitgħallmu aħna.
2. Abram u Sara kienu nies tassew bilgħaqal u li kienu jħobbu tassew lil Alla.
3. Alla wiegħed lil Abram li kien ser ikun missier ta’ poplu kbir, imma fl-istess ħin ma kellux tfal, imma baqa’ jemmen f’dak li kien qallu Alla.
4. Abram kellu iben fi xjuħitu u Alla riedu joffrih bħala sagrifiċċju. Abram kien lest jagħmel dan, imma Alla kulma ried kien li jara kemm Abram fil-verità kien jemmen u biex jurina li min jemmen fiH, hu ma jiddiżappunta lil ħadd.
5. Min jafda f’Alla ma jonqsu qatt xejn.


------------------------------------------------------------ 

Abraham and Sarah Video Clip: click here

------------------------------------------------------------

Lezzjoni 1.4 - L-Eroj fl-Antik Testment

L-istorja ta' Ruth li rajna fil-klassi tista' terġa taraha billi tagħfas hawn

L-istorja tal-Profeta Samwel li rajna fil-klassi tista' terġa' taraha billi tagħfas hawn 

Tista' wkoll taqra dawn l-istejjer minn din il-Bibbja:
  
L-istorja ta' Rut tinsab f'paġni 122 sa 124                                                                                                                 L-istorja ta' Samwel tinsab f'paġni 125 sa 131
 

1. Rut kienet tfajla sempliċi li kienet toqgħod Moab. Hi żżewġet lil wieħed mit-tfal ta’ Naomi li kienu Lhud. Ġara li żewġha, ħuh u missierhom mietu u allura Rut, Naomi u Ofni sfaw romol. Naomi wriet rispett kbir lejn Naomi u baqgħet magħha sa marret Betlem magħha.
2. Hi batiet biex issib ikel għalihom it-tnejn u kienet tmur fl-għalqa ta’ ħdejhom u tiġbor il-qamħ li jkun baqa’.
3. Alla ppremja lil Rut għaliex iżżewġet li Boaz u t-tifel tagħhom maż-żmien sar in-nannu tar-re David li mir-razza tiegħu, imbagħad, twieled Ġesù.
4. Samwel trabba fit-tempju għax ommu offrietu lill-Mulej.
5. Alla kellmu meta kien rieqed u nduna li kien Alla, u mhux Eli, il-qassis li miegħu Samwel kien joqgħod.
6. Alla riedu jwissi lil Eli dwar uliedu li ma kinux qed jgħixu sew. Kien hu li dilek lil David sultan.

7. Il-kuraġġ huwa bżonnjuż biex inkunu kapaċi naqdu lill-oħrajn.
8. Abram wera tama u fidi kbira meta kien leali lejn dak li ried minnu Alla.
9. Rut uriet rispett u mħabba kbira lejn Naomi meta baqgħet magħha biex tgħinha.
10. Samwel wera ubbidjenza lejn dak li qallu Alla biex jagħmel allavolja dan kien ta’ tbatija għalih li kellu jgħid lil Eli dwar uliedu.

------------------------------------------------------------

Lezzjoni 1.5 - Għall-ġid tiegħi u tal-oħrajn

1. Il-kwalitajiet li Alla jagħtina ma nistgħux inżommuhom għalina imma rridu naqsmuhom mal-oħrajn.
2. Il-qadi hu servizz u dan is-servizz għandu jsir u jingħata minn kulħadd. Għandu jsir bl-imħabba kollha biex iħalli l-frott.
3. Mosè kien imrobbi ta’ princep imma fil-fatt kien Lhudi li trabba fil-palazz minħabba li t-tifla tal-Fargħun sabitu fix-Xmara fejn kienet ħallietu ommu.
4. Darba qatel Eġizzjan biex isalva wieħed Lhudi u tant beża’ li ħarab.
5. Darba, waqt li kien qed jirgħa n-nagħaġ deherlu Alla f’siġra tal-għollieq taqbad bla ma tinqered u qallu biex imur lura l-Eġittu u jeħles lil-Lhud.
6. Mosè beża’ minn dak li seta’ jiġri jekk imur lura. Ma tantx kien kapaċi jitkellem għax kien ilaqlaq.
7. Imma allavolja swietlu tensjoni kbira hu mar u baqa’ baqa’ sakemm il-Fargħun kellu jħalli lil-Lhud joħorġu.
8. Kien persuna ta’ kuraġġ kbir, kapaċi jbati u jibqa’ għaddej. Kien ukoll determinat li jagħmel dak kollu li kien mitlub minnu.
9. Il-kuraġġ, il-fidi, l-ubbidjenza u l-imħabba huma kwalitajiet li huma, bħal Mosè, iridu jkabbru fihom jekk iridu jimxu ‘l quddiem fil-ħajja tagħhom.


------------------------------------------------------------

Lezzjoni 1.6 - Kien kbir tassew

L-istorja ta' Martin Luther King:

 - Twieled fil-15 ta’ Jannar tal-1929 fl-Amerika Georgia.
- Kellu żewġ ħutu oħra u hu kien tan-nofs (il-fustani).
Naqsmu flimkien - Introduzzjoni u diskussjoni tal-bidu

- Kien imrobbi f’familja li kienet finanzjarjament stabbli u għalhekk seta’ jitgħallem l-iskola.
- Il-ġirien tiegħu kellhom it-tfal li kienu bojod u kienu jilagħbu magħhom, sakemm imbagħad meta wasal l-età fejn beda jmur l-iskola, l-istorja nbidlet, meta hu u ħutu ma setgħux jattendu l-istess skola ta’ sħabhom minħabba l-kulur tal-ġilda tagħhom. Barra minn hekk, il-ġirien ma ħallewx lil uliedhom jilagħbu ma’ Luther u ħutu. Ommu spjegatlu għaliex u mill-ewwel, anki f’din l-età beda jħoss il-bżonn li jagħmel xi ħaġa biex kulħadd jibda jiġi trattat l-istess.
- Fil-karozza tal-linja ma kienx jitħalla joqgħod bilqiegħda jekk ikun hemm il-bojod għax is-sijts kienu għalihom.
- Il-familja għenitu biex jaħseb dwar dawn l-inġustizzji u għalhekk meta kiber, kien attiv ħafna biex jitkellem dwar id-drittijiet tan-nies ta’ ġilda skura.
- Il-ħajja tiegħu ma kinitx faċli – kien jirċievi ħafna telefonati ta’ theddid, u għalkemm kien jaf li qed jagħmel is-sew kien jibża’ ħafna.
- Tant għamel ġid u niesu bdew jiġu trattati ftit aħjar: ħarġu d-drittijiet ċivili, fl-1964 u fl-1965 saru jistgħu jivvutaw. Għal dan il-ġid li għamel fl-1964 ġie mogħti l-Premju Nobel għall-Paċi, wara li fis-sena 1963 it-Time Magazine, ipproklamatu Man of the Year.
- Ġie assassinat fl-1968.


------------------------------------------------------------

Martin Luther King site: Click here 

------------------------------------------------------------

1. Persuna tissejjaħ ‘kbira’ meta tkun kapaċi tiddefendi s-sewwa bla biża’.
2. Martin Luther King kien iswed. Tgħallem xi tfisser tkun iswed meta l-aktar ħbieb li kellu telquh sempliċiment għax kien iswed.
3. Martin Luther kien iħobb jgħid: “I have a dream”, li kienet li jneħħi t-timbru ikrah li kien hemm fuq is-suwed.
4. Iddeċieda li jagħmel xi ħaġa u beda kampanja kontra l-inġustizzja. Swietlu qares għax għalkemm ġab ħafna drittijiet għas-suwed hu spiċċa maqtul.
5. Hu ġie mogħti l-premju Nobel għas-sehem tieghu f’din il-kampanja ta’ kuraġġ u determinazzjoni.


------------------------------------------------------------

Lezzjoni 2.1 - Alla jaħdem fl-istorja t'Artna

Dun Mikiel Xerri twieled Ħaż-Żebbuġ fid-29 ta’ Settembru 1737 u miet fis-17 ta’ Jannar 1799. Kien bravu ħafna u studja f’ħafna Universitajiet fl-Ewropa. Fi żmienu, Malta kienet taħt il-Kavallieri u l-Maltin kienu qed ibatu ħafna. Għalhekk, meta ġew il-Franċiżi, il-Maltin aċċettaw il-bidla għax ittamaw li ħa jkunu aħjar, pero’ wara ftit xhur il-Franċiżi neħħew ħafna mid-drittijiet li kellhom il-Maltin u daru kontra l-Knisja. Dun Mikiel Xerri kien kontra dak li kien qed isir. Kien favur ħafna l-foqra u kien hu li fetaħ skola biex jgħallem lit-tfal foqra. Hu ħadem kontra l-inġustizzji u flimkien ma’ nies oħrajn iddeċidew li joħduha kontra l-Franċiżi. Meta l-Franċiżi raw dak li kien qed jiġri, huma ssakkru fl-ibliet li kienu bis-swar.
Il-Maltin, u magħhom kien hemm Xerri, fasslu attakk fuq il-Franċiżi, imma l-Franċiżi semgħu b’dak li kien ser jiġri u Xerri u sħabu nqabdu. Ittieħdu priġunieri fil-Forti Sant’Iermu u kienu ser jingħataw il-mewt.
Fi triqithom lejn il-palazz, Dun Mikiel beda jagħmel il-qalb lil sħabu u qabel ma qatluhom hu ngħata ċ-ċans li jitkellem ma’ sħabu fejn talbu għall-maħfra ta’ dnubiethom. Wara sparawlhom. Sentenza famuża li kien jgħid Dun Mikiel Xerri kienet:
“Qed nagħmel dan għal Art Twelidi u naħseb li din hi l-aħħar ħaġa li ħa nagħmel. Jekk tirnexxi mmut kuntent!”.
Dun Mikiel Xerri jissejjaħ patrijott Malti għax qabeż għall-Maltin, ħadha kontra l-inġustizzji u b’kuraġġ kbir ħa l-mewt biex jara lil ta’ madwaru aħjar.


------------------------------------------------------------ 

 Biex taqra iżjed dwar Dun Mikiel Xerri: Agħfas hawn 

------------------------------------------------------------


1.      Min hu bil-għaqal u jrid jimxi ma jistax jibża mid-diffikultjiet.
2.     Dun Mikiel Xerri kien Maltin minn Ħaż-Żebbuġ.
3.     Kien bravu ħafna u kien jgħallem lin-nies biex jitgħallmu għax it-tagħlim jagħtik id-dinjità tiegħek.
4.     Ma kienx jiflaħ jara lil min ikasbar lill-batut u lill-fqir.
5.     Il-Franċiżi kienu qed jieħdu d-drittijiet ta’ kulħadd.
6.     Darba, Dun Mikiel iddeċieda li flimkien ma’ xi nies oħra joħodha bis-sħiħ kontra l-Franċiżi. Inqabad u ma’ xi oħrajn ġie maqtul.

-------------------------------------------------------------------------

Lezzjoni 2.2 - It-tagħlim hu l-għajn ta' kull ġid

Ġannina Cutajar twieldet Bormla fl-1898 minn familja li kienet
sinjura ħafna. Missierha kien negozjant tal-inbid u kien magħruf
ħafna. Minn Bormla mar Raħal Ġdid u meta Dun Ġorġ beda jdur
l-irħula u l-bliet ta’ Malta, billi kienet familja li kulħadd kien jaf,
Dun Ġorġ kien imur għand din il-familja. Ġannina, billi l-familja
kienet sinjura, ingħatat edukazzjoni tajba ħafna, sa kienet taf
taqra u titkellem bit-Taljan. Ta’ madwar 14-il sena aċċettat li tibda
tgħallem il-Katekiżmu. L-ewwelnett, ma kinitx faċli li ma
tiżżewwiġx u t-tieni li, bħala mara, tgħallem. Ħajjitha għexitha
titlob, u ddur l-irħula u l-bliet tgħallem u tagħti l-pariri. Kienet
ukoll tgħin bil-flus lil min kien ikollu bżonn u dan kienet tagħmlu
bil-moħbi. Kienet hi li ma’ San Ġorġ Preca waqfet is-Sessjoni Bniet
tal-Museum. Batiet u ħalliet kollox imma baqgħet miexja u rnexxiet.

--------------------------------------------------------------------------

1. Ġannina Cutajar kienet tfajla sinjura, imma kuraġġjuża
    ħafna.
2. Kienet tgħix fi żmien meta li tkun fqir kien ifisser tkun
    injorant għax tkun bla skola.
3. Hi ħalliet kollox biex tkun kapaċi tgħallem il-katekiżmu
    lit-tfal, speċjalment lil dawk bniet.
4. Kienet hi li għallmet lil xi tfajliet biex dawn kienu
    kapaċi jgħallmu lill-oħrajn.
5. Kienet l-ewwel mara li, permezz ta’ Dun Ġorġ, setgħet
    tgħallem u teduka ħafna nies.

------------------------------------------------------------------

Lezzjoni 2.3 - U kollox reġa' ħa l-ħajja

Eżekjel kien jgħix 600 sena Q.K. Il-Lhud li kienu jgħixu
Ġerusalemm, attakkawhom is-suldati tal-Babilonja, qatlu
ħafna minnhom u l-bqija ħaduhom ilsiera. Meta dawn
il-Lhud kienu fit-tbatija ndunaw kemm kienu tbiegħdu minn
Alla u allura bdew jitolbuh jgħinhom u jaħfrilhom. U Alla
bagħtilhom lil Eżekjel. Biex jurih u jfiehmu x’kellu
jagħmel, urih wied li kien mimli għadam. B’dan l-għadam
Alla ried ifisser li meta l-bniedem ikun qed jagħmel
il-ħażin – ikun fid-dnub, ikun mejjet għal Alla u għal ta’
madwaru, bħal dak l-għadam, għax ma jkunx jista’ jagħmel
ġid. Alla staqsih: “Jista’ dan l-għadam jerġa’ jieħu l-ħajja?”
U Eżekjel qallu: “Inti taf Mulej!” Alla fiehmu li jekk
il-poplu jkollu min jgħallmu biex jerġa’ lura mill-ħażen
tiegħu, ikun kapaċi jerġa’ jibda jgħix fit-triq it-tajba. Alla
kellu bżonn lil xi ħadd biex jgħin lin-nies jagħrfu l-ħażen u
quddiem din is-sitwazzjoni Eżekjel qallu: “Hawn jien.
Ibgħat lili!” Eżekjel mar. Fil-bidu kien ibati ħafna għax
ħadd ma kien jagħtih widen, imma mbagħad bdew
jisimgħuh u daru lejn Alla.

------------------------------------------------------------------ 

1. Eżekjel kien profeta li għex fi żmien meta l-Lhud kienu
    lsira fil-Babilonja.
2. Alla deherlu u wrieh wied mimli għadam u permezz ta’
    din il-ġrajja wrieh li hu kellu jmorr u jgħin lin-nies
    iwarrbu l-ħażen tagħhom u jerġgħu jduru lejn Alla.
3. Eżekjel kien żagħżugħ, beża’ mill-biċċa xogħol li kien
    tah Alla, imma ma ħalliex il-biża’ jgħelbu imma
    bil-kuraġġ kollu kien jgħallem u jwissu kemm jiflaħ.

------------------------------------------------------------------

Lezzjoni 2.4 - Aħfirli, O Alla, fi tjubitek


Video clips fuq David: 
Click here for video clip 1 
Click here for video clip 2 

------------------------------------------------------------ 

1. David kien ragħaj u ġie midluk sultan mill-Profeta Samwel.
2. Hu laħaq sultan wara Sawl. Dan Sawl kien jobogħdu u kemm-il darba fittxu biex joqtlu.
3. Meta kien re, David għamel dnub kbir. Hu qatel suldat biex jieħu l-mara tiegħu.
4. Alla ma ħax gost u David kellu jieħu l-kastig li kien ħaqqu. David beka dnubietu u lil Alla talbu jaħfirlu u Alla ħafirlu.
5. David kiteb ħafna salmi lil Alla. Dawn is-salmi kien juri adorazzjoni, tifħir, ringrazzjamnet, ħniena u sogħba.
6. Meta wieħed jinduna bl-iżbalji tiegħu u jirripara, Alla jaħfer u jinsa l-iżbalji tagħna.


------------------------------------------------------------

Lezzjoni 2.5 - L-Istorja tal-Knisja fis-seklu 20

Il-Papa Ġwanni XXIII

Għalkemm id-dehra tiegħu ma tantx tiġbdek,
kien Papa li kien jattira ħafna nies bit-tjubija
tiegħu.
Ismu propja kien Angelo Giuseppe Roncalli.
Kien ir-4 tifel fost 14 u twieled fl-Italja fil-villaġġ Sotto il Monte.
Kien ġej minn familja tal-bdiewa u għalhekk biex trabba għadda minn ħafna tbatijiet.
Fl-Ewwel Gwerra Dinjija kien surġent fil-Korp mediku u kien jgħin ħafna bħala Kappillan. Fil-Gwerra kontra l-Lhud (l-olokawst) ħadem ħafna biex ħafna refuġjati fosthom Lhud li kienu jinkludu kbar u anki tfal, ġew salvati minn taħt idejn in-Nażi.

 Laħaq Papa ta’ 77 sena u l-Kardinali għażluh għax qalu li dan ħa jdum ftit.
Kien l-ewwel Papa li kien joħroġ barra mill-Vatikan u jżur l-isptarijiet u l-ħabsijiet ta’ Ruma.
Kellu drawwa li filgħaxija joħroġ barra mill-Vatikan, idur it-toroq fid-dlam u qalgħuhielu Johnny Walker.
Ħadem ħafna favur l-ugwaljanza u kien jgħid: “We are all made in God’s image and thus we are all Godly alike”.
Agħmel riformi kbar fil-Knisja permezz tal-Konċilju Vatikan it-Tieni.
Baqa’ msemmi għall-ħniena li wera, għall-intelliġenza u għall-imħabba li kellu lejn kull bniedem.
Dam Papa 4 snin għax miet ta’ 81 sena.


------------------------------------------------------------

Biex tara video clip dwar il-Papa Ġwanni XXIII Agħfas hawn

------------------------------------------------------------

1. Isem il-Papa Ġwanni 23 kien Angelo Giuseppe Roncalli u kien minn Sotto il Monte, l-Italja.
2. Kien ġej minn familja tal-bdiewa u għalhekk trabba fil-faqar.
3. Ħadem ħafna fl-Ewwel Gwerra Dinjija biex isalva ħafna nies, speċjalment Lhud minn taħt in-Nażi.

4. Laħaq Papa ta’ 77 sena u kien l–ewwel Papa li kien joħroġ mill-Vatikan u jdur it-toroq ta’ Ruma. Kien ukoll iżur sparijiet u ħabsijiet.
5. Kien persuna ta’ ħniena kbira, tjubija u intelliġenza tant li kien hu li għamel riformi kbar fil-Knisja permezz tal-Koncilju Vatikan 2.
6. Miet meta kellu 81 sena.

------------------------------------------------------------ 

Lezzjoni 2.6 - Naħdmu biex inkomplu niktbu l-istorja

1. Il-qassisin huma dawk li quddiem is-sewwa ma jibżgħux u jkomplu mexjin allavolja jistgħu jbatu.
2. L-Isqof Romero kien qassis f’El Salvador mill-1960 sal-1970 u sar Arċisqof fl-1977. Ħadem ħafna favur id-drittijiet tal-bniedem u kien jitkellem ħafna favur il-fqar u dawk li kien mkassbra speċjalment is-suwed.
3. Kien jitkellem li dawn in-nies kellhom drittijiet bħal kull bniedem ieħor.
4. Dan ġab rabja kbira min-naħa tal-gvern li ma riedx li jkollu din il-kwalità ta’ ndħil.
5. Hu ma beża’ qatt juri dawn l-inġustizzji u juri bl-iżbalji li kienu qegħdin isiru kontra dawn in-nies.
6. Qatluh meta kien qed iqadddes.


------------------------------------------------------------

Lezzjoni 3.1 - Alla jieħu ħsiebna

1. Tieħu ħsieb tfisser tara u tissodisfa l-bżonnijiet ta’ dawk li għandhom bżonn l-għajnuna.
2. Alla jieħu ħsiebna b’dawk ta’ madwarna u bil-kundizzjonijiet tat-temp li jgħinu fit-tkabbir tal-ħxejjex u fis-saħħa tagħna
3. Alla jieħu ħsiebna għaliex kif hemm fl-Iskrittura: jieħu ħsieb l-għasafar ma jieħux ħsieb tagħna.


------------------------------------------------------------

Lezzjoni 3.2 - Irrid nistmak għax hekk jixraqlek

1. Persuni fl-awtorità qegħdin hemm għall-ġid tas-soċjetà.
2. Il-ġenituri jew dawk li jieħdu ħsiebhom, fost l-oħrajn, huma għandhom awtorità.
3. Fejn m’hemmx awtorità, jew l-awtorità hija ħażina, hemm it-taħwid u l-ġlied.


------------------------------------------------------------

Lezzjoni 3.3 - "Għall-kelma tiegħek nitfa' x-xbiek"

1. Siġra tajba tingħaraf mill-frott tagħha u siġra ħażina tingħaraf mill-frott ħażin.
2. Ġesù kien l-aqwa għalliem għax ħadd daqsu ma għex u għamel ir-rieda t’Alla.
3. Ġesù qalilna: ‘ Mill-frottijiet tagħhom intom tagħrfuhom.’
4. Minn dak li wieħed jagħmel jinkixef x’tip ta’ bniedem hu.
5. Aqra l-istorja tal-kotra tal-ħut - Lq 5, 1-8.


------------------------------------------------------------

Lezzjoni 3.4 - "Għid kelma waħda u l-qaddej tiegħi jfiq"

1. Min ma jitkabbarx kapaċi jikseb dak li jrid fil-ħajja.
2. Meta nisimgħu sew u nneħħu l-preġudizzji nkunu kapaċi ngħixu aħjar.
3. L-imħabba vera hija meta taħseb fl-oħrajn.
4. L-imġiba mal-oħrajn trid tkun solidari.
5. Meta noqgħod inkejjel lil min ser ngħin, la nkun inħobb tassew u lanqas nikber jien.
6. Il-fidi tintwera tassew meta jiena ma nifhimx u xorta nibqa’ miexja, ngħin u naqdi jew nagħmel li hemm bżonn.

7. L-għaqal li wera dan il-bniedem li mar għand min seta’ jgħinu tassew.
8. Il-premju li ħa talli kien tassew għaqli.
9. Aqra l-istorja taċ-Ċenturjun – Lq 7, 1-10.

------------------------------------------------------------

Lezzjoni 3.5 - Alla jistħoqqlu l-ġieħ tagħna

1. Min irid jgħix sew irid jirrealizza li kulħadd għandu kemm id-drittijiet, kif ukoll id-dmirijiet.
2. Id-drittijiet huma dawk li ħaddieħor irid jagħti lilhom biex jurihom rispett.
3. Id-dmirijiet huma dawk l-affarijiet li huma jridu juru lejn l-oħrajn u lejn Alla.

4. Ġesu jurina mid-dmir li għandna lejn l-awtorita’.
5. Aqra l-istorja tal-Munita Lq 20, 20-26.

------------------------------------------------------------

Lezzjoni 3.6 - Nobdikom

1. Insara u ċittaddini tajbin huma bnedmin li jobdu.
2. Biex tobdi ma jfissirx li jrid ikollok l-għassa miegħek. Ifisser li taf x’qalulek jew x’għandek tagħmel u tagħmlu.
3. Aqra s-silta ta’ meta Ġesù ntilef fit-Tempju – Lq 2, 41-51.


------------------------------------------------------------

Lezzjoni 4.1 - Il-Milied festa tassew

1. Illum saret drawwa li nagħtu rigali lil xulxin fil-Milied. Din bdiet minn meta l-Maġi taw ir-rigali lil Ġesù.
2. Dawn huma affarijiet sbieħ iżda important li ma nħalluhomx ibegħduna mill-Ispirtu veru tal-Milied.


------------------------------------------------------------

Lezzjoni 4.2 - Il-Ferħ tal-Milied

1. Alla ġie fid-dinja għax iħobbna.
2. Il-veru Milied mhuwiex biss li narmaw s-siġra u l-presepju.
3. Il-veru Milied hu meta nkunu paċi u mgħaqqudin ferħanin flimkien.


------------------------------------------------------------

Lezzjoni 4.3 - Dan kien tassew Milied

IL-MILIED TAL-1914

F’Awwissu tal-1914 bdiet gwerra kbira fl-Ewropa. Il-pajjiżi tal-Ewropa kienu bdew jiġġieldu kontra xulxin. Ħafna mill-ġlied kien qiegħed isir fi Franza.
Is-suldati kienu bdew iħaffru kanali twal li minnhom kienu jisparaw fuq is-suldati ta’ kontra.
F’post minnhom, fi Franza, kien hemm is-suldati Ingliżi fil-kanali tagħhom u ftit ’il bogħod minnhom kien hemm il-Ġermaniżi fil-kanali tagħhom ukoll. L-Ingliżi u l-Ġermaniżi kienu kontra xulxin.
Kien qiegħed joqrob il-Milied. Anzi l-Milied kien baqagħlu ġurnata jew tnejn. Is-suldati Ġermaniżi u Ingliżi xtaqu li l-Milied tkun ġurnata speċjali. Min jaf, bdew jgħidu, kieku ma niġġieldux dak in-nhar?
Għalhekk fl-24 ta’ Diċembru ħadd, jew kważi ħadd, mill-Ingliżi u l-Ġermaniżi ma spara. Anzi x’uħud bdew ikantaw xi għanjiet tal-Milied. Il-Ġermanizi jkantaw u l-Ingliżi jċapċpulhom. L-Ingliżi jkantaw u l-Ġermaniżi jċapċpulhom. Għax il-kanali tal-ġlied tal-Ġermaniżi u tal-Ingliżi kienu qrib xulxin ħafna.
Imbagħad bdew jiċċajtaw ma’ xulxin u jkellmu lil xulxin. U ftiehmu li fil-Milied ma jkunx hemm ġlied.
U hekk għamlu. Għax is-suldati kollha raw li l-Milied, il-festa tat-twelid ta’ Ġesù, hija festa ta’ mħabba u ta’ ħbiberija. U Ġesù jrid dejjem l-imħabba u imma qatt ma jrid il-ġlied. U meta wasal jum il-Milied, mill-kanali tagħhom, il-Ġermaniżi u l-Ingliżi bdew jixtiequ lil xulxin il-Milied it-tajjeb.
Wara ftit is-suldati Ġermaniżi bdew joħorġu mill-kanali tagħhom biex jiltaqgħu mas-suldati Ingliżi. U l-Ingliżi ħarġu mill-kanali biex jiltaqgħu mal-Ġermaniżi.
U allavolja kienu kontra xulxin u fi gwerra, is-suldati ħadu b’idejn xulxin u bdew jifirħu b’xulxin. U kien hemm min beda jieħu r-ritratti.
U bdew jagħtu lil xulxin ir-rigali li kienu rċevew mill-familji u mill-gvernijiet tagħhom. Min ta xi sigaretti, min ta xi kejk. Imbagħad bdew jitkellmu dwar il-familji tagħhom.
Wieħed Ingliż ħareġ mill-but ir-ritratt tal-familja tiegħu u wrieha lil wieħed Ġermaniż u l-Ġermaniż wrieh ukoll ir-ritratti tal-mara tiegħu u taż-żewġ subien li kellu.
Kemm ferħu b’xulxin f’dak il-Milied! Flok ma sparaw fuq xulxin, l-Ingliżi u l-Ġermaniżi bdew jgħannqu lil xulxin u għaddew il-ħin jitkellmu bħala ħbieb kbar.
Meta n-nies li kienu joqogħdu qrib raw is-suldati ħbieb ta’ xulxin, huma wkoll ħarġu mid-djar tagħhom u bdew iqassmu r-rigali u jifirħu mas-suldati.
Imbagħad wieħed Ingliż mar iġib futboll u bdew jagħmlu l-partiti, kulħadd jieħu gost u jilgħab. L-Ingliżi kontra l-Ġermaniżi u l-Ġermaniżi kontra l-Ingliżi. Min jirbaħ u min jitlef imma kulħadd ħabib ma’ kulħadd u ħadd ma jieħu għalih.
Malli l-kmandanti Ingliżi u Ġermaniżi semgħu x’qegħdin jagħmlu s-suldati tagħhom ma ħadux gost. Huma riedu li s-suldati jobogħdu u mhux iħobbu. Rieduhom joqtlu u mhux jieħdu idejn xulxin. U ppruvaw iwaqqfuhom. Imma ma rnexxilhomx. F’dak il-Milied is-suldati Ġermaniżi u Ingliżi kienu tassew ħbieb ta’ xulxin.
Imma jaħasra l-Milied għadda malajr u meta ftit wara reġa’ beda l-ġlied, is-suldati kellhom jisparaw fuq dawk li kienu saru ħbieb tagħhom.
Il-ġlied sar iktar kiefer u l-gwerra damet 5 snin u fiha mietu miljuni ta’ suldati, ħafna minnhom żgħażagħ. Il-gwerer huma kollha koroh imma din kienet gwerra mill-iktar kerha. Imma il-ħbiberija sabiħa li dehret fil-Milied tal-1914 għadha tissemma sal-lum.


------------------------------------------------------------

1. Alla twieled biex iġib l-paċi fostna.
2. Il-ferħ u l-għaqda huwa l-veru Milied!
3. Ngħidu ‘grazzi’ lil Ġesù talli tana mħabbtu!


------------------------------------------------------------

Lezzjoni 4.4 - Il-Paċi fid-dinja

1. Alla bagħat lil ibnu l-waħdieni biex lilna jgħaqqadna bħala familja waħda.
2. Lilna jrid jarana ngħixu fil-paċi bla mibegħda għal xulxin.
3. Alla jħobbna aħna kif aħna.
4. Ngħidu ‘grazzi’ lill-Bambin Ġesù li ġie fid-dinja minħabba fina.


------------------------------------------------------------

Lezzjoni 4.5 - Niżlu jadurawh

1. Meta Ġesù twieled, twieled għal kulħadd kbar, żgħar, għonja jew foqra, suwed jew bojod.
2. Alla għamel hekk biex fina jkollna l-ferħ, l-imħabba, l-għaqda u l-paċi bejnietna. Tajjeb li ngħidu ‘grazzi’ kbira lil Bambin Ġesù li għażel jinżel fil-qlub tagħna.


------------------------------------------------------------

Lezzjoni 4.6 - X'jgħallimna l-Milied

1. Li Alla jkellem lil kulħadd f’qalbu.
2. Iħalli lil kulħadd jifhem dak li jħoss ġewwa qalbu.
3. Ġesù ried juri li l-veru Milied hu li ngħixu l-Milied is-sena kollha billi nużaw l-ferħ, l-għaqda u l-imħabba bħalma wrew il-pasturi ma’ Ġesù Bambin f’dak il-lejl kiesaħ tax-xitwa.


------------------------------------------------------------

Lezzjoni 5.1 - Min huma ħbiebna?

1. Mal-ħbieb trid tisma’ u titkellem.
2. Trid tirrispetta d-differenzi tal-oħrajn.
3. Nkunu leali lejn ħbiebna u nieħdu ħsieb xulxin.


------------------------------------------------------------

Youtube song: The more we get together

------------------------------------------------------------

Lezzjoni 5.2 - Il-lealta' u l-onesta' fil-ħbiberija

1. Ġesù jridna li meta naħfru, naħfru bil-qalb.
2. Hu dejjem lest li jaħfrilna meta nuru li ddispjaċiena.


------------------------------------------------------------

The parable of the unforgiving servant click here 

Song You've got a friend in me click here 

------------------------------------------------------------

Lezzjoni 5.3 - Kemm hi sabiħa l-gratitudni

1. Nifhmu li Ġesù jħobb anke lil dawk in-nies li s-soċjetà twarrab.
2. Naraw il-fidi kbira tal-lebbruż li mar għand Ġesù sabiex ifejqu avolja kien Samaritan.
3. Ġesù apprezza ħafna li dak il-wieħed qallu ‘grazzi’, iżda lil Ġesù jiddispjaċih jekk aħna ma nurux apprezament ta’ kulma jagħmel magħna.


------------------------------------------------------------

Song of the Ten Lepers click here 

One said Thank You click here 

------------------------------------------------------------

Lezzjoni 5.4 - Kif għandna ngħixu

1. Li Alla ma jridniex li nkunu suppervi u niġġudikaw lil ħaddieħor mingħajr mogħdrija.
2. Il-ħniena trid tidher aktar fil-ħajja tagħna.
3. Aħna rridu nuru aktar ħniena f’għemilna u fi kliemna.


------------------------------------------------------------

Lezzjoni 5.5 - Inħobbu anke fit-tbatija

1. Biex tidħol fis-Saltna t’Alla trid tħobb lil Alla bħalma t-tfal ż-żgħar jafu jħobbu.
2. Ġesù kien iħobb anke meta dan fisser tbatija.
3. Tajjeb li napprezzaw lill-oħrajn.
4. Ma nħallu qatt ir-rabja tieħu kontroll tagħna għax inbatu aħna u l-oħrajn.
5. Li tiġġudika hu dejjem ħażin għax int qatt ma tkun taf l-istorja kollha.
 

------------------------------------------------------------

Lezzjoni 5.6 - Nagħmlu għażliet tajbin

1. Sabiex tkun ħabib tassew trid tirrispetta lil sħabek speċjalment meta ma jaħsbuhiex bħalek.
2. Trid tkun responsabbli billi tara li lil sħabek ma tweġġagħhomx bil-kliem jew b’għemilek.
3. Il-ħbiberija ta’ vera mhix ħbiberija ta’ ftit xhur iżda permezz ta’ commitment tkun ħbiberija għal ħajtek kollha.
4. Biex tagħmel dan kollu m’hemm l-ebda dubju li trid timxi fuq il-passi ta’ Ġesù.


------------------------------------------------------------

Song Shout to the Lord click here 

------------------------------------------------------------ 

Lezzjoni 6.1 - Dawk l-aktar għal qalbna

1. Ħadd ma jgħix waħdu. 
2. Li l-ħbieb ikunu tassew ħbieb meta tiġi bżonnhom. 3. Li ħbieb huma dawk li jieqfu miegħek fil-ferħ, fin-niket u f’dak kollu li għandek bżonn.

------------------------------------------------------------

Lezzjoni 6.2 - X'naqsmu mal-ħbieb tal-qalb

1.Ġesù qasam il-paċi, il-ferħ u l-imħabba mal-appostli. 2.Aħna għandna nimxu fuq il-passi tiegħu u niftakru fil-ferħ li jkollna meta naqsmu mal-ħbieb.

------------------------------------------------------------

Lezzjoni 6.3 - Il-ħbieb jgħinuna

1. Ħbieb tajbin huma mudell biex nimxu fuq il-passi tagħhom. 
2. Il-ħbieb jgħinuna nkabbru l-ħiliet. 
3. Il-ħbieb jgħallmuk kif iġġib ruħek fi gruppi. 
4. Biex jikbru fil-ħbiberija rridu naqsmu l-ħin tagħhom mal-oħrajn.

------------------------------------------------------------

The friendship song click here 

------------------------------------------------------------

Lezzjoni 6.4 - Alla Missier ta' Kulħadd

1. Ġużeppi u Marija ħadmu fl-għalqa tal-Mulej. 
2. Biex tkun ħaddiem tajjeb, trid tbati għax trid tagħmel li hemm bżonn. 
3. Il-familja ta’ Nazaret kollha kemm huma qagħdu għar-rieda t’Alla u għamlu dak li ried minnhom Hu. 
4. Ġesù kien jitlob qabel jagħmel xi ħaġa u għallem lill-appostli jagħmlu dan ukoll.

------------------------------------------------------------

Video - Workers in the vineyard click here 

------------------------------------------------------------

Lezzjoni 6.5 - Ġesu' jagħmlilna kuraġġ

1. Ġesu’ kien jitlob qabel jagħmel xi ħaġa.
2.Ġesu’ jieħu ħsieb il-ħbieb tiegħu u kien jgħaddi
l-ħin magħhom
3. Ġesu’ kien dejjem iqawwi qalb l-appostli fid-diffikultajiet tagħhom.


------------------------------------------------------------

Lezzjoni 6.6 - Bnedmin ta' kuraġġ kbir

San Pawl Miki twieled għand familja sinjura. Ħa t-tagħlim tiegħu għand il-patrijiet Ġiżwiti u wara ssieħeb fl-ordni tagħhom. Huwa beda jgħallem ir-reliġjon Kattolika. Il-gvern Ġappuniż kien jibża' ħafna mill-influwenza tal-Ġiżwiti, u beda jippersegwitahom. Miki, flimkien ma' oħrajn, intefa' l-ħabs. Huwa u sħabu kienu ġew imsallba fil-5 ta' Frar, 1597. Huwa għamel l-aħħar priedka tiegħu minn fuq is-salib. Huwa ħafer lil dawk li kienu se jagħtuh il-martirju. Huwa u sħabu ġew iddikjarati qaddisin mill-Papa Piju IX fl-1862.

------------------------------------------------------------

1. Miki kien patri Ġiżwita li ma beżax jgħallem fuq Ġesù. 
2. Hu mexa fuq il-passi ta’ Ġesù. 
3. Pawlu Miki wriena li jekk ikollna ‘l Alla magħna jkollna lil min nafdaw u min jieħu ħsiebna. 
4. Pawlu Miki kien veru ħabib ta’ Ġesù għax xandru sal-mewt.

------------------------------------------------------------

No comments:

Post a Comment